13616. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jara jekk il-kwalità
tal-ilma tal-vit li qed jirċievu r-residenti tal-Fgura huwiex tajjeb għax-xorb
billi kien hemm numru ta’ lmenti dwar dan lill-Korporazzjoni għas-Servizzi
tal-Ilma f’dawn l-aħħar xhur?
20/01/2015
ONOR. KONRAD
MIZZI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn diversi
kampjuni li jittieħdu mil-lokalita’ tal-Fgura bħala parti mill-programm ta’
moniteraġġ, irriżulta li l-kwalita’ tal-ilma tal-vit hija tajba għax-xorb.
Seduta 231
26/01/2015
1 comment:
Jien nixtieq ninforma lil-Ministru li ahna li noqghodu fi Triq il-Falkunier il-Fgura il-kwalita tal-ilma hi hazina u ilna min Settembru tas-sena l-ohra. L-ilma toghma qawwija u rieha ta chlorine. Bil-fors inriedu nixtru l-ilma biex niehdu naqra te' jew kafe. Anke fit-tisjir itieghem. Gew hadu samples u jghidu li hu tajjeb, 0.5, imma it-toghma w ir-rieha tal-chlorine hemm qieghda. Nispera li jirrimedjaw din is-sitwazzjoni. Grazzi.
Post a Comment