23.1.15

ATT DWAR IL-ĠUSTIZZJA RIPARATRIĊI – APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-PAROLE



13576. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni applikaw għall-parole taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi fis-snin 2013 u 2014 u kemm minn dawn ġew milqugħa?

16/01/2015

ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li minn Marzu 2013 kien hemm 93 applikazzjoni  għal-Licenza tal-Parole filwaqt li f’2014 kien hemm 100 applikazzjoni.

Minn dawn l-applikazjonijiet ingħataw 26 Liċenza tal-Parole: tlieta f’2013 u tlieta u għoxrin f’2014.

Seduta 229
20/01/2015


No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...