21.1.15

Konferma li l-prezzijiet tal-petrol u d-diesel li qed iħallas il-poplu Malti huma l-ogħla fl-Ewropa


Id-dikjarazzjonijiet tal-Ministru Konrad Mizzi fl-aħħar siegħat jikkonfermaw li l-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin qed iħallsu l-ogħla prezzijiet tal-petrol u d-diesel fl-Unjoni Ewropea. Dan jiġi kkonfermat ukoll mill-aħħar prezzijiet li ġew ippubblikati fuq il-media.

Malta hija unika f’dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet tal-petrol u d-diesel. Fl-Ewropa kollha, l-prezz qed jirrifletti t-tnaqqis drastiku fil-prezz internazzjonali taż-żejt. F’Malta, iżda, b’deċiżjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat, l-prezz li qed iħallsu għalih is-sewwieqa ma jirriflettix dan it-tnaqqis.

Ix-Shadow Minister tal-Enerġija, l-Ambjent u t-Trasport Marthese Portelli qed tinsisti li Joseph Muscat jgħid sa meta l-familji Maltin u Għawdxin se jibqgħu jħallsu dawn il-prezzijiet eżorbitanti.

Minn naħa tiegħu, x-Shadow Minister tad-Drittijiet taċ-Ċittadini, l-Ġustizzja u d-Demokrazija Jason Azzopardi qed jibqa’ jinsisti li l-Gvern jippubblika l-kuntratti ta’ hedging li qed jgħid li għamel il-Gvern u li, skont Konrad Mizzi, huma r-raġuni għalfejn il-familji u n-negozji Maltin qed iħallsu l-ogħla prezzijiet tal-petrol u d-diesel fl-Unjoni Ewropea.
20.01.15

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...