19.1.15

Il-Gvern jiċċensura s-sit www.dieselupetrol.com



Ftit minuti biss wara li l-Partit Nazzjonalista nieda s-sit www.dieselupetrol.com biex jinforma lill-poplu Malti u Għawdxi kemm qed iħallas żejjed f'petrol u diesel, il-Gvern ta' Joseph Muscat imblokka l-aċċess għal dan is-sit għal kull min jaħdem maċ-Ċivil.

Minflok ta spjegazzjoni għaliex qed iħalli lill-poplu Malti u Għawdxi iħallas iżżejjed għall-petrol u d-diesel, Joseph Muscat waqqaf ħesrem il-libertà tal-espressjoni għax għalih dan mhux fl-interess tal-poplu. 

Dan sar ftit jiem biss wara li Joseph Muscat mar jippoża għar-ritratti fit-toroq ta’ Pariġi suppost favur il-libertà tal-espressjoni. Imma mal-ewwel okkażjoni li xi ħaġa m’għoġbitux, Joseph Muscat imblokka sit u waqqaf ħesrem il-libertà tal-espressjoni. 

Il-Partit Nazzjonalista jesiġi li l-Gvern jirtira minnufih id-deċiżjoni tiegħu li jimblokka s-sit www.dieselupetrol.com u jippermetti l-libertà tal-espressjoni. Il-Partit Nazzjonalista jappella lill-media u lis-soċjetà ċivili biex tagħmel kull pressjoni fuq il-Gvern biex ma jiċċensurax il-libertà tal-espressjoni u ma jimblokkax dan is-sit informattiv.

19.01.15


No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...