15.1.25

ĦAL GĦAXAQ - VJAL IL-LABOUR - XOGĦLIJIET

24342. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika: Tista’ l-Ministru tgħid liema xogħlijiet saru fi Vjal il-Labour f’Ħal Għaxaq matul is-sena 2024, kemm ġew jiswew u kemm damu sejrin?

 

31/12/2024

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-triq indikata, Enemalta poġġiet low voltage feeders ġodda biex issaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fiż-żona. Sussegwentement, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bdiet tagħmel xogħlijiet ta’ titjib kemm fuq is-sistema għad-distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb kif ukoll fuq is-sistema tad-drenaġġ. Huwa mmirat li dawn ix-xogħlijiet jitlestew fl-ewwel kwart tas-sena. L-investiment totali biex isiru dawn ix-xogħlijiet jammonta għal madwar €471,000.

 

Seduta  298

14/01/2025

No comments:

GĦAJNUNA SOĊJALI - BENEFIĊĊJU

24343. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm p...