15627. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba tingħatax kura u attenzjoni neċessarja lis-siġar taż-żebbuġ senjatament iż-żbir tal-istess, li jinsabu f’żoni pubbliċi f’Wied il-Għajn u jekk jistax jiġi indikat kemm hemm effettivament siġar taż-żebbuġ?
25/01/2024
ONOR. OWEN
BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li
s-siġar taż-żebbuġ jingħataw kura permezz ta’ tisqija u żbir.
Rigward l-ammont ta’ siġar
taż-żebbuġ, infurmat mill-Kunsill li mhux possibbli li jiġi indikat l-ammont
ta’ siġar taż-żebbuġ minħabba li hemm numru konsiderevoli ta’ siġar ta’ dan
it-tip.
Seduta 206
14/02/2024
No comments:
Post a Comment