15646. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir: Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il palma ntilfetmatul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bħala l-Bumunqar Aħmar tal-Palm (Red Palm Weevil) fil-Fgura u kemm oħrajn ġodda ġew imħawwla?
25/01/2024
ONOR. MIRIAM
DALLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontroll
tal-Bumunqar Aħmar ma jaqax taħt id-dekasteru li responsabbli minnu. Bara minn
hekk, infurmata li fil-lokalità msemmija, ma jirriżultax li hemm siti li jaqgħu
taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u
r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u li minnhom intilfu xi siġar tal-palm. Fejn
sar tħawwil ġdid, dan ma kienx jinkludi siġar tal-palm iżda speċi oħra bħal
Ċipress, Ħarrub, Rummien, Virgi, Rand, Ballut u Prinjol.
Seduta 210
26/02/2024
No comments:
Post a Comment