15.2.24

RAĦAL ĠDID - SIĠAR TAŻ-ŻEBBUĠ

15624. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba tingħatax kura u attenzjoni neċessarja lis-siġar taż-żebbuġ senjatament iż-żbir tal-istess, li jinsabu f’żoni pubbliċi f’Raħal Ġdid u jekk jistax jiġi indikat kemm hemm effettivament siġar taż-żebbuġ?

 

25/01/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li s-siġar taż-żebbuġ huma taħt ir-responsabbiltà tal-kuntrattur responsabbli mill-ġonna u soft areas. Infurmat ukoll li qed issir iż-żabra skond il-bżonn.

 

Rigward l-ammont ta’ siġar taż-żebbuġ, infurmat mill-Kunsill li mhux possibbli li jiġi indikat l-ammont ta’ siġar taż-żebbuġ minhabba li hemm numru konsiderevoli ta’ siġar ta’ dan it-tip.

 

Seduta  206

14/02/2024

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...