15467. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Maria De Domenicis, f'Santa Luċija, hijiex ser tiġi rranġata fil-parti ċentrali tagħha, billi tinsab fi stat xejn tajjeb?
23/01/2024
ONOR. CHRIS
BONETT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Maria De
Domenicis hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija
ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom, u għalhekk ser
isir xogħol fiha fiż-żmien li ġej.
Seduta 203
05/02/2024
No comments:
Post a Comment