15.2.24

RAĦAL ĠDID - SIĠAR TAŻ-ŻEBBUĠ

15625. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir: Tista’ l-Ministru tgħid jekk kemm-il darba tingħatax kura u attenzjoni neċessarja lis-siġar taż-żebbuġ senjatament iż-żbir tal-istess, li jinsabu f’żoni pubbliċi f’Raħal Ġdid u jekk jistax jiġi indikat kemm hemm effettivament siġar taż-żebbuġ?

 

25/01/2024

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li Project Green hija responsabbli minn Ġnien il-Mediterran f’Raħal Ġdid li fih hemm 110 siġra taż-żebbuġ. L-uffiċjali tal-Aġenzija jagħtu kura lil dawn is-siġar flimkien ma’ siġar u arbuxelli oħrajn li jinsabu f’dan il-ġnien, li tinkludi moniteraġġ regolari tas-siġar biex issir tisqija skont kif meħtieġ u tingħata attenzjoni partikolari lil dawk is-siġar taż-żebbuġ li għadhom mhux  maturi. Fost miżuri oħrajn li jittieħdu biex jiġu mħarsa s-siġar hemm dik li ssir żabra annwali fil-perjodu adegwat.

 

Seduta  206

14/02/2024

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...