15617. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena huwiex previst li Triq Fr Charles Plater, f’Raħal Ġdid issir mill-ġdid, billi ma tinsabx fi stat tajjeb bl-użu kostanti tagħha?
25/01/2024
ONOR. CHRIS
BONETT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure
Malta għaddejja jew ser twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq li l-Kunsilli
Lokali ressqu ’l quddiem biex isiru xogħlijiet fihom. Minkejja li t-triq
imsemmija ma ġietx nominata biex isiru xogħlijiet fiha, nibqgħu kommessi li
nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż, bil-komunitajiet jibqgħu fiċ-ċentru
ta’ ħidmietna.
Seduta 205
07/02/2024
No comments:
Post a Comment