11922. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista’ l-Ministru
jgħid x’passi se jittieħdu mill-Ministeru tiegħu tul is-sena li ġejja sabiex
ikun hemm tisbiħ u rijabilitazzjoni taż-żona mhux mibnija li hemm il-Fgura bejn
Triq Wied Blandun sa fuq nett ta’ Triq il-Foss kif kien ġie indikat f’diskorsi
preċedenti tal-baġit?
04/11/2019
ONOR. KONRAD
MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejin
studji fuq Ġnien Valperga fil-Fgura. Qed nitkellmu fuq medda ta’ art li taqbeż
is-17,000 metru kwadru fejn l-għan prinċipali hu li ntejbu u nsebbħu l-ambjent.
Dan ikun kompost minn titjib fil-landscaping, dwal li mhux biss idawwlu
l-akwata iżda huma addattati għal dan it-tip ta’ sit.
Fl-istess proġett qed
nesploraw faċilitajiet kemm ġodda kif ukoll eżistenti bħal:
· titjib fil-parkeġġ li hemm fl-akwata,
· noħolqu 5-a-side pitch,
· tinħoloq xi forma ta’ trakka naturali fejn wieħed
jista’ jagħmel eżerċizzju,
· area għat-tfal,
· dog park, u
· faċilita’ kkontrollata għall-iscouts fost ideat oħra.
Bħalissa ninsabu fi stadu ta’
diskussjonijiet mal-entitajiet lokali kkonċernati.
Seduta 283
26/11/2019
No comments:
Post a Comment