11894. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista’
l-Ministru jgħid x’passi se jittieħdu tul is-sena li ġejja sabiex ikun hemm
tisbiħ u rijabilitazzjoni taż-żona mhux mibnija li hemm il-Fgura bejn Triq Wied
Blandun sa fuq nett ta’ Triq il-Foss kif kien ġie indikat f’diskorsi preċedenti
tal-baġit?
04/11/2019
ONOR. JOSÈ
HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li għas-sena
d-dieħla, għal din iż-żona, ser issir investigazzjoni dettaljata tas-sit. Dan
l-istudju, li ser isir minn fondi nazzjonali, ser jagħti stampa ċara
tal-interventi ta’ riabilitazzjoni li jistgħu jsiru f’dan is-sit. Eventwalment
ser iservi biex tiġi sottomessa l-applikazzjoni għal permessi neċessarji biex
isir ir-restawr tal-wied
Seduta 279
18/11/2019
No comments:
Post a Comment