11898. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru
jgħid x’fondi ġew allokati għal toroq fir-raħal ta’ Ħal Tarxien tul is-sena li
ġejja u ċjoè min-Novembru 2019 sa Novembru 2020?
04/11/2019
ONOR. IAN BORG: Ninforma l-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta ilha minn meta
twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali
kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Imbagħad
f’Jannar varat l-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li
qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’
snin li bih se jsiru wkoll it-toroq residenzjali f’Ħal Tarxien.
Fil-fatt, iż-żewġ listi li tħabbru din is-sena tal-ewwel
290 triq li se jsiru jinkludu sitt toroq residenzjali li jinsabu f’din
il-lokalità. Dawn huma Triq iż-Żejtun u Triq Santa Marija li diġà tlestew, Triq
is-Sorijiet li qed issir bħalissa, kif ukoll diġà hemm ippjanati biex jinbdew
xogħlijiet għall-bini mill-ġdid ta’ Triq Marjanu Gerada, Triq it-Tempji
Neolitiċi u Triq Paola.
Seduta 279
18/11/2019
No comments:
Post a Comment