11879. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern
Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jiġi utilizzat il-ġibjun li jinsab
ġewwa Ġnien Pawlu Boffa Raħal Ġdid u x’tiswijiet saru fuqu f’dawn l-aħħar xhur?
04/11/2019
ONOR. OWEN
BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal il-Ġdid
li nkluda dan il-ġibjun fl-applikazzjoni tal-skemi ta' dripp irrigation kif maħruġa mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali,
sabiex ikun jista isir xogħol ta' maintenance
li hemm bżonn u minnu titħaddem sistema ta' irrigazzjoni għall-Ġnien Pawlu
Boffa.
Seduta 276
11/11/2019
No comments:
Post a Comment