26.11.19

IL-FGURA – TRIQ WIED BLANDUN – TISBIĦ U RIJABILITAZZJONI




11913. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jittieħdu mill-Ministeru tiegħu tul is-sena li ġejja sabiex jkun hemm tisbiħ u rijabilitazzjoni taż-żona mhux mibnija li hemm il-Fgura bejn Triq Wied Blandun sa fuq nett ta’ Triq il-Foss kif kien ġie indikat f’diskorsi preċedenti tal-baġit?

04/11/2019

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li d-Direttorat tar-Restawr se jkun qed jikkontribwixxi lejn ir-rijabilitazzjoni tal-imsemmija żona permezz ta’ xogħol ta’ restawr tal-Bastjun ta’ San Ġwann, li jifforma parti mis-swar tal-Kottonera, u li huwa ippjanat li jibda għal nofs l-2020.

Se jkun qed isir ukoll ir-restawr tas-Sur biswit il-Bastjun, u cioe’ is-Sur ta’ San Ġwann, li huwa ippjanat li jibda aktar tard fis-sena.  Iż-żewġ proġetti mistennija li jieħdu sal-2021 biex jitwettqu.

Intant minn naħa tad-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzzjoni ser jsiru interventi ta’ tindif kull meta jkun hemm il-bżonn.

Seduta  282
25/11/2019

No comments:

BORMLA - PJAZZA GAVINU GULIJA – TISWIJA TA’ ĊANGATURA

26964. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħ...