11886. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u
Promozzjoni tal-Kummerċ: Peress li reċentement dehru żewġ containers allegatament mimlija b’flus indirizzati lejn il-Libja
jista’ l-Ministru jgħid jekk dan huwiex minnu? Jista’ jgħid kemm kien l-ammont
hemm kontenut u jekk il-valuta kinitx valida? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx
inkjesta maġisterjali maħtura? Jista’ jgħid jekk kienx hemm każijiet oħra
f’dawn l-aħħar sentejn?
04/11/2019
ONOR. CARMELO
ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz għadhom
għaddejjin u ghalhekk ma nħossx li jkun prudenti u fl-interess nazzjonali li
jiena niżvela dettalji klassifikati u sensittivi. Madanakollu, m’għandi l-ebda
oġġezzjoni li b’mod privat u kunfidenżjali, ninforma lill-Onor Interpellant
dwar l-informazzjoni li jien konxju taghha u x-xogħol li qed isir fuq dan
il-każ.
Seduta 277
12/11/2019
No comments:
Post a Comment