1. F’dinja fejn ix-xenarju
politiku qiegħed jinbidel, f’wieħed fejn hemm taħlit ta’ ideat, f’dinja fejn
irridu naraw il-populariżmu, jitħallat mal-populiżmu nazzjonali,
mal-popolarizmu nazzjonali irridu nifhmu li l-politika hija soda meta tkun ibbażata
fuq ir-raġuni. Meta tiġi stabbilità fil-kalma tal-ħsieb, tal-ideat u
tal-proposti allura tmexxi ruħha ‘l-quddiem. Meta tkun nieqsa minn dawn
l-elementi tista’ tidher li qed twieġeb għal realtà għal sitwazzjoni
partikolari mentri tkun qed tmur ‘l kontra.
Nifhmu dak li jiġri
2. Ma hix sempliċement forza
li b’xi mod tinġabar wara għajtiet marbuta ma’ kwistjonijiet ta’ immigrazzjoni
rregolari. Din f’postijiet hija parti mill-elementi fil-borma, f’oħrajn m’hix.
Hemm reazzjonijiet varji li qed jitwieldu proprju mill-ħsieb li hemm partijiet
mill-poplu li qed iħossu li m’ humiex rappreżentati fis-soċjetà libertarja li
qed ngħixu fiha. Saru diversi tibdiliet li mhux dejjem kellhom il-kunsens
nazzjonali. Ħafna saru u huma liġijiet fi stati varji fuq il-bażi li min imexxi
jaf “iktar” minn min jiġi mmexxi. Dawn terġa qed jibnu l-kunċett li hemm stati
li huma “mudelli” li jridu jiġu segwiti, li l-popli ma jarawx li huma adatti għalihom.
Jekk ftit snin ilu Christopher Lasch kien tkellem u kiteb fuq ir-rivoluzzjoni
ta’ dawk li jħarsu lejn lilhom infushom bħala “elites” illum qed naraw
movimenti ‘l kontra.
Post populiżmu
3. Jekk dan m’huwiex ċar biżżejjed,
huwa evidenti mill-fatt li diversi stati qed jaraw elettorat li qiegħed jitlaq
mill-vot tradizzjonali lejn oħrajn. Jekk jista’ jkun hemm xi mument storiku
partikolari jew xi raġuni, soċjali, ekonomika jew kulturali li xi ħadd jista’
jaħseb li għandu jibdel din id-direzzjoni politika għad irridu naraw. Jekk
ukoll nistgħu nibdew naħsbu li ser ikun hemm hin fejn ngħidu għadda
l-populiżmu, Ewropew, Amerikan jew li trid u sar post-populiżmu xorta hemm żmien
fejn qiegħed u ser ikompli jopera. Għax dan m’huwiex mument partikolari, li
daqt ser jgħaddi imma ser jibqa iktar magħna. Kemm f’dan il-perjodu ta’ prova
ser nifhmu ż-żminijiet. Kemm ukoll ser nidħlu f’djalogu ma min m’aħniex. Kemm
ser nibdlu l-ideat u l-ħidma politika. Kemm ser inkunu preparati li
politikament nieqfu pass lura mill-proposti tagħna biex nifhmu aħjar. Dawn kollha
jinġabru f’soluzzjoni sabiex wieħed jibqa rilevanti u strument ta’ bidla għas-sewwa.
Kif tifhem dan
4. Numru ta’ drabi nara min idum
biex jifhem li hemm f’pajjiżna min huwa fil-Gvern li ma jistgħax jiġi mċekken.
Anqas ma jista’ jiġi ridott għal formula waħda. Ċertament anqas linja li
tinbena fil-ħsieb li aħna nafu iktar minnhom. Jew aħna nafu naħdmu u għandna
proposti aqwa minnhom. Naħseb li huwa żball li wieħed jitlaq jiġri mingħajr ma
jara kollox fil-perspettiva ġenerali tal-affarijiet. Jara ukoll dak li seħħ
fil-passat reċenti. Kif kienu r-reazzjonijiet u kif irnexxielhom ineħħu dak li
kien jidher bħala żvantaġġ politiku għalihom. Hemm vantaġġi meta l-politika
ssir bid-domandi lill-elettorat fuq il-mobile. Tista’ tifhem minn fuq, x’hemm
isfel. Biss dan ma jfissirx li qed issir il-politika sħiħa u dan kif wieħed
jifhem li hemm dawk li ma jwieġbux u dawk li jistennew domandi oħra. Il-politika
t-tajba trid tibqa ssir minn taħt għal fuq.
Ir-rappreżentant tal-poplu
5. Id-deputat jibqa f’dan
il-punt ċentrali. Jibqa dak li għandu d-dmir jitkellem u jaġixxi fil-linja li
jifhem aħjar dak li għaddej. Għandu r-responsabbilità li jressaq nterpellanzi,
mozzjonijiet u ideat biex il-politika tmur lura f’idejn l-poplu. L-interessi
tal-pajjiz huma varji. Hafna qed jbgħatu ingustizzji soċjali li ma nitkelmux
jew ma nindirizzawx proprju għax nahsbu li xi gazzetta partikolari mhux ser tirraporta.
Imma r-realta hija li ħafna jridu lil min jirrapresenthom jifhmuhom
fil-problemi partikolari tagħhom. Nittraskuraw ma għandniex f’din il-linja kull
klassi fil-posizzjonijiet tagħhom. L-abbilità tal-Partit Nazzjonalista kien
kostantement li jżomm kuntatt mal-poplu, li jifhem dak li għaddej għax iħares
li jkollu l-polz tal-poplu f’idejh.
Proċess uniku
6. Fil-Kamra tad-Deputati
l-partit għandu opportunijiet u vuċi unika. Waħda li mingħajr ma ngħarfu tingħata
importanza mid-diversi li jisimgħuha. Biss din trid tkun waħda li tħares lejn
il-linja tan-nofs. Waħda li tibni lilha innifsha fuq il-moderazzjoni, ir-raguni
u l-kalma. Waħda li tassigura li tinstema’ u tkun żerriegħa sabiex tinġieb il-bidla.
Irridu nfehmu li jekk wieħed irid jibdel dak li qiegħed jdejjqu jrid jissoda
l-vuċi tal-Partit Nazzjonalista. Dan għal numru ta’ raġunijiet. L-ewwel sabiex
il-Gvern jifhem u jaċċetta fejn huwa żbaljat. It-tieni sabiex il-programm ta’ ħidma
għall-leġislatura nazzjonalista jwettaq. It-tielet sabiex jibda l-proċess ta’ persważjoni
fuq il-punti ta’ bidliet li għandhom isiru.
Raguni u forza
7. Il-linja ċentrali f’dan
tibqa li r-raguni ma għandhiex bżonn forza. Hija forza fiha nnifisha li tissoda
iktar ma jkun hemm bnedmin li jagħtuha forza u importanza. Proprju għalhekk li
l-vuċi tagħna trid tibqa soda fir-raġuni.
No comments:
Post a Comment