11888. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru
jgħid kemm se tiġi tiswa l-ambaxxata ta’ pajjiżna fil-Ġappun u kemm se jkun
hemm persuni hemm impjegati?
04/11/2019
ONOR. CARMELO
ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li team tekniku għandu jitla l-Ġappun din
il-ġimgħa biex jevalwa numru ta’ proprjetajiet li ġew identifikati
mill-Ambaxxatur f’Tokjo. Huwa maħsub li
l-bini tal-Ambaxxata tinkera, bil-kera tal-propretajiet identifikati tvarja
bejn €4,000 u €6,400 fix-xahar.
In-numru preċiż ta’ ħaddiema
għandu jiġi stabbilit skont l-andament tax-xogħol.
Seduta 278
13/11/2019
No comments:
Post a Comment