11877. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern
Lokali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10563 u 11644 u
jgħid x’ħidma qed issir sabiex il-Fortizza ta’ Delimara tiġi restawrata u
miftuħa?
04/11/2019
ONOR. OWEN
BONNICI: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Agenzija
Heritage Malta tissorvelja l-kundizzjoni ta’ din il-fortizza ta’ valur
imprezzabbli sabiex jekk ikun hemm xi ħsarat li jista’ jkunu ta’ periklu dawn
jigu rranġati skont il-bżonn.
Fir-rigward tar-restawr,
il-verita hi li pajjżna għandu ġawhar storiċi mferrxin ma’ kull rokna tal-Gżira
u sa ftit ilu kien għad kellna l-iktar Forti imponenti – Sant’Anġlu u
Sant’Iermu – fi stat mitluq u abbandunat. Jaqbel miegħi l-interpellant li
fl-aħħar snin ġbidna ħabel wieħed sabiex iktar siti ġew rrestawrati.
Intant, ninsab infurmat illi
l-Fortizza tinfetah ghal attivitajiet partikolari u b’appuntamenti speċifiċi.
Seduta 276
11/11/2019
No comments:
Post a Comment