11891. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’
l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom l-età ta’ bejn it-30 u l-40 sena
li qed jirċievu l-pensjoni wara l-mewt ta’ żwieġhom jew marthom? Jista’ jindika
kemm hemm persuni ta’ sess femminili u kemm maskili? Jista’ jindika wkoll
il-pensjoni li huma intitolati għaliha jew kif din tiġi maħduma?
04/11/2019
ONOR. MICHAEL
FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni
mitluba minnu, li tikkonsisti fin-numru ta’ persuni fl-etajiet imsemmija minnu
li qed jirċievu pensjoni tar-romol, hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:
Età
|
Nisa
|
Irġiel
|
Total
|
30 - 40
|
74
|
19
|
93
|
Seduta 278
13/11/2019
No comments:
Post a Comment