11880. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà
Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid x’programmi u diskussjonijiet qed isiru
preżentement mal-UNHCR?
04/11/2019
ONOR. MICHAEL
FARRUGIA: L-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati jiddiskuti
mal-UNHCR fuq bażi regolari, partikolarment f'dak li jirrigwardja kwistjonijiet
li għandhom x’jaqsmu mal-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni
internazzjonali. Barra minn hekk il-UNHCR għandha aċċess għall-faċilitajiet ta'
detenzjoni u miftuħa fejn jinżammu persuni li jkunu applikaw għall-ażil.
Uffiċjali tal-UNHCR ukoll jiddiskutu ma' rappreżentanti tal-AWAS u d-Detention
Services, partikularment rigward kundizzjonijet ta' akkoljenza.
Ta' min iżid ukoll li l-UNCHR
tipparteċipa wkoll fir-Resettlement lejn l-Istati Uniti, li pero ġej fi tmiemu.
Min-naħa tal-Ministeru jsir
kuntatt bejn iż-żewġ naħat b'mod regolari.
Seduta 276
11/11/2019
No comments:
Post a Comment