12.1.17

TRIBUNAL INDUSTRIJALI – KAŻIJIET PENDENTI



 
 
29420. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm kien hemm każijiet pendenti u liema huwa l-ixjeħ każ quddiem it-Tribunal Industrijali sal-aħħar ta’ Diċembru 2016?

30/12/2016
  ONOR. HELENA DALLI:  Infurmata li Quddiem it-Tribunal Industrijali sa tmiem l-2016 kien hemm 594 każ pendenti.

Dawn jinkludu 313 każijiet li daħlu fis-16 ta’ Diċembru tal-2003, li kienu ġew ippreżentati mill-General Workers Union (GWU) f’isem il-ħaddiema tal-eks-Malta Drydocks li qatt ma bdew jinstemgħu. Ir-raġuni għala dawn il-każijiet għandhom ma bdewx jinstemgħu hija li s’issa nstemgħu u ġew deċiżi żewġ test cases partikolari li nqatgħu f’Jannar tal-2014 u f’Ottubru 2016 rispettivament ta’ żewġ ħaddiema oħra tal-eks-Malta Drydocks (il-Każ Nru 1843/MF u l-Każ Nru 1827/LC). Sussegwentement għas-smigħ ta’ dawn iż-żewġ test cases, issa għandha tkun il-GWU li tiddeċiedi jekk tipproċedix jew le bit-313-il każ pendenti, filwaqt li t-Tribunal jista’ biss jistenna biex jara kif il-GWU ser tipproċedi.

L-aktar każ antik huwa l-każ 1777 – Charles Galea vs Malta Air Traffic Services Ltd  li daħal fl-4 ta’ Lulju 2003.

Seduta  468
12/01/2017

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...