26.1.17

ĦAL TARXIEN – LIBRERIJA PUBBLIKA - XIRI U DONAZZJONI TA’ KOTBA





 
29497. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni lil-librerija pubblika ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2016? Jista’ jgħid kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija matul l-2016?

06/01/2017

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2016 inxtraw 115-il ktieb minn Libreriji Maltin filwaqt li 280 ktieb ingħataw b’donazzjoni. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2016 ġew mislufa 2,801 ktieb.

Seduta  474
25/01/2017

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...