19.1.17

COMMUNITY SERVICE ORDERS - SENTENZI.



29478. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw Community Service Orders permezz ta’ sentenzi mill-Qrati tagħna fis-sena 2016? Jista’ jindika wkoll is-sigħat komplessivi u l-organizzazzjonijiet li ġew servuti magħhom?

06/01/2017

  ONOR. OWEN BONNICI:  Fis-sena 2016 ingħataw total ta’ ħamsa u erbgħin (45) Community Service Orders.
Wieħed u erbgħin (41) mill-Qorti ta’ Malta u erbgħa (4) mill-Qorti ta’ Għawdex.
 Rigward l-organiżazzjonijiet li ġew servuti dawn l-Orders magħhom, din hi xi ħaġa li tiġi deċiża mid-Direttorat tal-Probation and Parole Services u għalhekk il-Qorti ma jkolliex tali statistika.

Seduta  471
18/01/2017

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...