19.1.17

Esperjenza Posittiva.



1.Il-gimgha li ghaddiet kienet fl-opinjoni tieghi mument ta’ prova ghall-partit nazzjonalista. Wiehed li minnu gie affermat mill-gdid dak li ahna u li nirrapprezentaw fl-istorja u fil-hajja politika ta’ dawn l-gzejjer. Sewwa inghad mill-Kap tal-Partit Dr Simon Busuttil li ahna ma nistghux naccettaw la l-abort u anqas l-ewtanazija. Il-vucijiet varji li smajt. Il-messaggi li ircevejt. Dak kollu li qrajt wera li l-partit ma tilefx il-boxla morali tieghu. Ma waqafx jkun partit demokratiku Kristjan. Wiehed li jahdem jsostni u jzid il-valur demokratiku billi huwa ispirat mill-kristjanezmu.

Spjega u kunsens.

2.Fir-rejalta gie affermat mill-gdid li kuntrarjament ghal min ma jafniex l-bazi , l-gheruq tal-partit ma humiex maghmula minn persuni bla ras jew opinjoni. Anzi hassejt ghal darb’ohra kemm il-kunsilliera, t-tesserati, l-membri tal-kumitati, d-deputati, s-sindki huma bnedmin li  jafu x’inhija l-verita u ma humiex lesti li jceduha. Ma ahniex merhla fejn xi hadd minn fuq jikkmandana nahha jew ohra minghajr spjega u kunsens. Anzi t-tradizzjoni kontinwa taghna hija dik ta’ bnedmin li bl-uzu tar-raguni jaslu ghall-decizzjonijiet maggoritarji. Ma ghandniex sistema monarkika imma wahda demokratika.

Kuxjenza Storika.

3.Mhux biss imma forsi ftit jirrejalizzaw kemm ingorru posittivament maghna l-kuxjenza storika taghna. Hafna fi hdan il-partit jgharfu dak li ghaddejna lkoll minnu. Hemm memorja kollettiva u esperjenzi komuni. Sija ta’ dak li garrabna kif ukoll ta dak kollu li ddecidejna. Proprju ghax ghandna Passat li minnu nisiltu d-decizjonijiet t-tajba minn dawk li ma kienux. Proprju ghax qedhin fil-present li nistghu naraw mill-gdid dan kollu u niggwidaw ruhhna. Gwida lejn metodu, u istrategija aqwa imma bl-gharfien li r-raguni tal-esistenza taghna hija l-ghazla tal-idejologija politika taghna. Dik demokratika kristjana.



Rilevanza attwali.

5. Dan huwa iktar rilevanti fuq zewg livelli. L-ewwel l-partit ma jistghax jkun wiehed ta idejologija liberali jew konservattiv. L-gheruq taghna, t-twelid taghna huwa precizament markat fuq t-twettiq ta’ hidma politika li ma tharisx lejn l-interessi tal-ftit imma ta’ kull settur fis-socjeta. L-interklassizzmu taghna ma jharisx lejn li jipproteggi l-interessi ta min ghandu l-kapital biss. Anqas li ma jcaqlaqx s-socjeta biex min huwa tajjeb jibqa hekk u haddiehor jibqa l-isfel. T-tieni dan huwa iktar attwali ghax l-partit fil-Gvern abbanduna kull rabta mal-gheruq socjaldemokratici u xellugin tieghu.

Pragmatizmu .

6.Il-poplu ma huwiex lest li jibqa jivvota lejn partiti li ma jafx fejn huwa maghhom. Lest li jixhet il-vot f’kaxxa maghluqa imma mhux ghall-partit li l-idejat politici tieghu huma mistura. L-incertezza politika presenti gejja proprju minn dan. Gejja mill-fatt li min hemm fil-Gvern ma ghandux l-idejali l-antiki li kien jirrappresenta u mar fuq dak li huwa qieghed jsejjah pragmatizmu. F’kelma ohra tahseb li taghmel dak li jaqbillek minghajr vizjoni politika. Ddawwar d-direzzjoni minn hin ghall-iehor ghax tahseb li hekk hija l-vuci tal-poplu.

Nazzjon ,Religjon, Familja.

7. Fl-ewwel harga ta’ din il-gazzetta f’din is-sena dehret l-opinjoni ta’ Dr Simon Mercieca dwar x’ser jkunu l-isfidi ghall-pajjiz u ghall-partit tul din is-sena. Nahseb li laqghat il-musmar fuq rasu meta stqarr li n-nazzjon, r-religjon u l-familja ser jkunu t-tlett bankijiet ta’ prova. Sewwa qal f’dan “Din ser tkun sfida ghal kulhadd. Kull partit li matul dawn l-ahhar snin warrab il-principji politici tieghu se narawh jidhol fi krizi ezistenzjali.” Dan dejjem jghodd ghal dawk li jabbandunaw jew jippruvaw jdahhlu dak li ma joqghodx. Linja li tul din il-gimgha kif stajna naraw li fil-partit nazzjonalista ma huwiex qieghed jsehh.





Kunsens elettorali.

8. Jekk hemm min zbaljatament jahseb li dan kollu ma ghadux rilevanti qieghed, fuq l-esperjenza li ghaddejna minna, jifhem li dawn huma vitali ghall-linja politika taghna. Iktar u iktar meta ma ghandniex bzonn nivvintaw mill-gdid r-rota. Id-direzzjoni idejologika tal-partit demokrtaika kristjana baqghet u mhux biss imma kienet kostantement l-bazi li fuqu irregistrajna l-iktar kunsens elettorali u li bih ghamilna il-iktar gid socjali. L-isfida anzi hija li irridu nzommuha intatta fil-konsistenza interna taghha. Fil-glieda kontinwa lejn iktar gustizzja socjali. U intatta fil-kuntatt u rapport mal-elettorat naturali taghna. Fejn l-immagini shiha taghna ma tigix deformata imma mizmuma fl-istat car taghha.

Gheruq socjali sodi.

9.Jkun zball min jipprova jbiddel s-sewwa li ghandna. L-partit huwa frott ta’ snin ta’ esperjenzi politici li ghaddejna minnhom u li fihom fihmna dejjem iktar l-linja t-tajba. Wahda li giet minn snin ta diskussjoni u djalogu u mhux imposizzjoni interna. Proprju ghalhekk li ghandu gheruq sodi fis-socjeta. Socjeta li tippretendi minna li nkunu dak li ahna u mhux dak li ma ahniex. Wahda li taf li ghandna storja politika soda li fiha urejna li konna responsabbli, attenti u kapaci nidhlu ghall-sfidi godda minghajr riskji bla sens. Minn dan kollu huwa iktar car li l-partit baqa wiehed kapaci jilqgha ghal dak li gej u dan  minghajr ma jitlef il-boxla politika tieghu ghax jaf fejn huwa. 

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...