31.1.17

LAQGĦAT TAL-PRESIDENZA TAL-UNJONI EWROPEA PRESEDUTA MILL-MINISTRU





 
30184. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa se tiġi preseduta minnu tul il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea? Kemm minnhom se jsiru f’pajjiżna u kemm barra? Jista’ jindika n-natura tagħhom?

23/01/2017

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, huwa previst li:

Barra minn Malta, ser nippresjedi erba’ laqgħat Ministerjali:
-               il-laqgħa tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport, li ser issir fis-17 ta’ Frar 2017, fi Brussel;
-               is-sezzjonijiet tal-edukazzjoni, żgħażagħ u sport tal-laqgħa tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport, li ser issir fit-22 u 23 ta’ Mejju 2017, fi Brussel;
-               il-laqgħa tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur, li ser issir fit-3 ta’ Marzu 2017, fi Brussel;
-               il-laqgħa tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur, li ser issir fil-15 ta’ Ġunju 2017, fil-Lussemburgu.

F’Malta, ser nippresjedi laqgħa waħda u konferenza Ministerjali:
-               il-laqgħa Informali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur flimkien mal-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali u mal-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, li ser issir fit-3 u 4 t’April 2017, f’Malta.
-               Konferenza Ministerjali dwar l-Edukazzjoni li mistennija li ssir fit-30 ta’ Mejju 2017.

Seduta  476
31/01/2017

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...