18.1.17

PERSUNI REĠISTRATI – ETÀ TAL-PENSJONI – IMPJIEG PART-TIME




29471. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati li laħqu l-età tal-pensjoni li qed jaħdmu part-time sal-aħħar tas-sena li għaddiet u jista’ jindika kemm minnhom kellhom impjieg part-time bħala impjieg prinċipali? Jista’ jindika wkoll kemm minnhom għandhom impjieg part-time ma’ wieħed full-time? 

06/01/2017

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, fl-aħħar ta’ Ġunju 2016 kien hemm 6,496 persuna li laħqet l-età tal-pensjoni u li kellhom impjieg part time. Minn dawn kien hemm 5,917-il persuna li kellha impjieg part time bħala wieħed prinċipali u 579 li kellhom impjieg part time kif ukoll full time.

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar ċifri ppubblikati huma ta` Ġunju 2016.

Seduta  470
17/01/2017

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...