18.1.17

RAĦAL ĠDID – TRIQ ĦAL LUQA - STIMA




29473. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx stima mill-kunsill lokali tal-ispejjeż neċessarji sabiex Triq Ħal Luqa, Raħal Ġdid tiġi rranġata stante l-istat tagħha?

06/01/2017

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-istat li tinsab fih Triq Ħal Luqa, li taqa’ fil-konfini ta’ Ħal Tarxien u Raħal il-Ġdid hi fi stat ta’ rikostruzzjoni u għaldaqstant eskluża mill-kompetenza tal-Kunsilli Lokali hekk kif elenkat f’Artiklu 33(2) tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali. Għaldaqstant ninsab infurmat mill-Kunsilli Lokali ta’ Raħal Ġdid u Ħal Tarxien li ma għandhomx stima tal-ispejjeż imsemmija.

Seduta  470
17/01/2017

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...