18.5.15

WIED IL-GĦAJN – PJAN TA’ AZZJONI



15653. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: B’referenza għall-mistoqisja parlamentari 7784, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba l-Kumitat Nazzjonali għaż-Żoni Turistiċi ltaqax mal-istakeholders f’Wied il-Għajn? Jekk iva, meta? Ġie mfassal pjan ta’ azzjonijiet li se jittieħdu għall-istess lokalità fis-settur turistiku?

27/03/2015

  ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kumitat Nazzjonali għaż-Żoni Turistiċi, fejn hemm rappreżentanza minn Wied il-Għajn, iltaqa’ regolarment fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet kwart tas-sena 2014.

Flimkien mal-Ministeru tal-Infrastruttura, dan il-Kumitat wettaq programm ta` tindif u  manutenzjoni fuq il-promenade ta` Wied il-Għajn li kien ilu jinħass il-bżonn għalih iż-żmien.

Hemm ukoll il-ħsieb li, b`kollabarazzjoni mal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, tiġi mmaniġġjata l-Bajja tal-Fajtata f`Wied il-Għajn minn dan is-sajf li ġej.

Ta’ min ifakkar illi kien dan il-Gvern illi saħaq fuq l-importanza ta’ din il-lokalità u li kkunsidra lil Wied il-Għajn bħala parti miż-żona turistika fin-naħa t’isfel tal-pajjiż.

Seduta  263

13/05/2015

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...