12.5.15

L-IPOĠEW TA’ ĦAL SAFLIENI.



15581. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm persuni li żaru l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni ta’ Ħal Tarxien fis-snin 2013 u 2014?

25/03/2015

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li fl-2013 marru 28,398 vizitatur fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni, filwaqt li fl-2014 in-numru ta’ vizitaturi kien ta’ 28,182.
Madanakollu, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minkejja li kien hemm tnaqqis fin-numru ta’ viżitaturi f’dan is-sit partikolari, meta wieħed jikkunsidra is-siti kollha li huma miftuħa għall-pubbbliku, s-sena 2014 kienet waħda rekord għall-Heritage Malta. 

Seduta  261

11/05/2015

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...