18.5.15

IL-PALAZZ TAL-INKWIŻITUR.



15583. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm persuni li żaru l-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu fis-snin 2013 u 2014?

25/03/2015

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li fl-2013 marru 40,281 viżitatur il-Palazz tal-Inkwiżitur, filwaqt li fl-2014 in-numru ta’ viżitaturi kien ta’ 37,590.

Madanakollu, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minkejja li kien hemm tnaqqis fin-numru ta’ viżitaturi f’dan is-sit partikolari, meta wieħed jikkunsidra s-siti kollha li huma miftuħa għall-pubbliku, is-sena 2014 kienet waħda rekord għall-Heritage Malta.

Seduta  262

12/05/2015

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...