26.5.15

PROPRJETÀ MOBBLI – RIKORS GĦALL-BEJGĦ IN SUBBASTA.



16276. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati rikorsi għall-bejgħ in subbasta ta’ proprjetà mobbli fis-snin 2013 u 2014 quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili? Jista’ jgħid kemm minnhom ġew magħluqa u kemm għadhom pendenti?

19/05/2015

  ONOR. OWEN BONNICI:  In-numri ta’ rikorsi għall-bejgħ in subbasta ta’ proprjetà mobbli fis-snin 2013 u 2014 quddiem il-Prim’Awla, Qorti Malta huwa kif muri hawn taħt.  Qed jingħata wkoll it-tagħrif mitlub dwar kemm minnhom ġew magħluqa u kemm għadhom pendenti.
Subbasti Mobbli

                                                2013                                       2014

Preżentati                              31                                           39
Magħluqa                             22                                           17
Pendenti                                                9                                              22

In-numri ta’ rikorsi għall-bejgħ in subbasta ta’ proprjetà mobbli fis-snin 2013 u 2014 quddiem il-Qorti ta’Ghawdex huwa kif muri hawn taħt.  Qed jingħata wkoll it-tagħrif mitlub dwar kemm minnhom ġew magħluqa u kemm għadhom pendenti.
Subbasti Mobbli

2013                                                       2014


Preżentati              4                                                              Preżentati              3
Magħluqa             3                                                              Magħluqa             0
Pendenti                                1                                                              Pendenti                                3

Seduta  267
25/05/2015


No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...