7.5.15

ETC – LAQGĦAT BARRA MINN MALTA.



15514. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm laqgħat attendew uffiċjali fi ħdan il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ barra minn Malta tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid x’kienet in-natura tagħhom?

23/03/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li l-għadd ta’ laqgħat li għalihom attendew uffiċjali tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ barra minn Malta matul l-2014 kien ta’65. F’dawn il-laqgħat ġew diskussi suġġetti varji li jikkonċernaw il-mobilità fis-suq tax-xogħol fl-Unjoni Ewropea, il-migrazzjoni, xogħol fost iż-żgħażagħ, skemi ta’ apprentistat u taħriġ, nies b’diżabilita’ fis-suq tax-xogħol, korsijiet ta’ taħriġ, laqgħat fuq l-età tal-irtirar, garanzija għaż-żgħażagħ, proġetti b’fondi Ewropej, kumitati konsultattivi rigward l-impjiegi, konferenzi rigward l-ekonomija tax-xogħol u żjarat fiċ-ċentri tal-impjiegi.

Seduta  259

05/05/2015

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...