12.5.15

RAĦAL ĠDID, ĦAL TARXIEN, IL-GUDJA, ĦAL GĦAXAQ, SANTA LUĊIJA U L-MARSA – PERSUNI JIRREĠISTRAW.



15576. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel parti tar-Reġistru r-residenti ta' Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Gudja, Ħal Għaxaq, Santa Luċija u l-Marsa fl-aħħar ta’ Diċembru 2014? Jista’ jindika dan lokalità, lokalità u kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom irġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom ilhom jirreġistraw sena? Jista’ jindika wkoll kemm persuni minn dawn il-lokalitajiet tneħħew minn fuq ir-reġistru għax sabu xogħol u kemm minnhom għal raġunijiet oħra?

25/03/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fiż-żewġ tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Tabella 'A' turi n-numru taʾ persuni rreġistrati fuq l-ewwel parti tar-reġistru fl-aħħar ta’ Diċembru 2014 fil-lokalitajiet indikati fil-mistoqsija maqsum f’irġiel u nisa. Din it-tabella tagħti wkoll tagħrif dwar kemm kien hemm persuni li kienu qed jirreġistraw minn 12-il xahar sa taħt is-sentejn f’dawn il-lokalitajiet.

Tabella 'B' tagħti tagħrif dwar kemm persuni minn dawn l-istess lokalitajiet waqfu jirreġistraw għax sabu xogħol ieħor u kemm għal raġunijiet oħra kif muri fit-tabella.

Seduta  261

11/05/2015

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...