27.5.15

Jiddefendi lill-ETC Quddiem Allegat Każ ta' Diskriminazzjoni Politika. Rapport N-Nazzjon minn Alex Attard.


Il-Ministru Bartolo jgħid li persuna tpoġġiet f'angolu ieħor u mhux wiċċha mal-ħajt

Quddiem it-talbiet tal-Oppożizzjoni biex il-Ministru Evarist Bartolo jinvestiga allegazzjonijiet ta' diskriminazzjoni politika fil-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC), il-Ministru Evarist Bartolo ddefenda l-aġenzija tal-Gvern u prova jispjega li skont kif inhu infurmat, il-persuna li allegat diskriminazzjoni politika meta tpoġġiet wiċċha mal-ħajt, tqiegħdet hekk meta “poġġewha f'angolu ieħor”.
Kienet din ir-risposta li ta l-Ministru Bartolo meta kien iffaċċjat b'mistoqsijiet diretti mid-Deputati Nazzjonalisti Robert Cutajar u Carm Mifsud Bonnici biex il-Ministru jinvestiga u jwieġeb dwar każi ta' allegazzjonijiet ta' diskriminazzjoni politika.
Dawn it-talbet lill-Minsitru Bartolo saru fil-Parlament illejla waqt id-dibattitu dwar l-estimi tal-ETC.
Id-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar irrimarka li kull diskriminazzjoni hi kundannabbli. Saħaq li xi ħadd ifixkel fuq il-post tax-xogħol mhu tajjeb qatt, iżda daqstant hu ħażin li persuni jiġu ttimbrati u diskriminati għaliex mhumiex tal-istess fehma politika tal-Gvern tal-ġurnata.
Fl-istess dibattitu, id-Deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici ukoll qajjem il-każi ta' allegazzjonijiet ta' diskriminazzjoni politika fis-settur pubbliku u b'mod partikolari fil-każ li ssemma qabel l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali b'rabta ma' allegat każ rappurtat fil-media li seħħ fl-ETC. Każ ta' persuna li kienet imġiegħlha toqgħod wiċċha mal-ħajt.
Carm Mifsud Bonnici semma li kien hemm diversi ilmenti oħrajn dwar diskriminazzjoni minħabba l-fehma politika. Semma li lmenti fis-settur pubbliku waslulu mhux biss minn persuni b'fehmiet differenti minn tal-gvern tal-ġurnata, iżda wkoll minn persuni li huma ttimbrati bħala Laburisti u li wkoll kienu qed jiġu mwarrbin u diskriminati għaliex ma jingħatawx xogħol.
Appella lill-Gvern li jimmassimizza r-riżorsi umani ta' kulħadd fis-settur pubbliku, irrispettivament mill-fehmiet politiċi li jħaddnu. Irrimarka wkoll li hemm kwantità ta' ħaddiema li jridu jaħdmu iżda minħabba fit-timbru politiku li ngħataw, qed jitwarrbu.


No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...