18.5.15

TEMPJI NEOLITIĊI TA’ ĦAL TARXIEN.



15582. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm persuni li żaru t-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien fis-snin 2013 u 2014?

25/03/2015

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li fl-2013 marru 83,094 viżitatur it-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien, filwaqt li fl-2014 in-numru ta’ viżitaturi kien ta’ 77,149.
Madanakollu, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minkejja li kien hemm tnaqqis fin-numru ta’ viżitaturi f’dan is-sit partikolari, meta wieħed jikkunsidra s-siti kollha li huma miftuħa għall-pubbliku, is-sena 2014 kienet waħda rekord għall-Heritage Malta.

Seduta  262

12/05/2015

No comments:

IMTIEĦEN - RAPPORTI

29302. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-misto...