28.5.15

AIR MALTA - ĦADDIEMA.


16360. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li preżentament qegħdin jaħdmu mal-Air Malta? Jisa’ jgħid kemm daħlu persuni jaħdmu minn Marzu 2013 sal-lum u kemm spiċċaw ħaddiema minn dik il-ġurnata sal-lum? Jista’ jindika n-natura tal-impjieg ta’ dawn il-persuni?

22/05/2015

  ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ impjegati mal-Air Malta sa’ Marzu 2015 kien ta’ 1,014. Il-lista li tindika n-natura ta’ impjiegi qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Minn Marzu 2013 sa Marzu 2015, daħlu total ta’ 322 ħaddiem fil-kategoriji ndikati fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tajjeb illi wieħed jiċċara illi, fl-istess perjodu, in-numru ta’ ħaddiema illi ntemm l-impjieg tagħhom mal-Air Malta minħabba skadenza ta’ kuntratt definit jew riżenji jew irtirar kien ta’ 333.  Kif indikat fit-tabella, il-maġġoranza tal-persuni li ġew impjegati bejn Marzu 2013 u Marzu 2015, kienu ngaġġjati mal-kumpanija fuq ba¿i temporanja u part-time bħala cabin crew, clerks, airport handlers u junior first officers fil-peakperiod partikolarment bejn April u Ottubru.

Seduta  269
27/05/2015


No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...