29.1.26

IŻ-ŻEJTUN - LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA ĠODDA

33490. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika taż-Żejtun matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

07/01/2026

 

ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej:

 

 

PQ Numru

 

Lokalità

Kotba ġodda mixtrija –

Jan sa Diċ 2025

 

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025

Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025

 

33490

 

Iż-Żejtun

 

153

 

€1,258.54

 

1013

 

Seduta Numru 429

28/01/2026

ĦAL GĦAXAQ - LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA ĠODDA

33489. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Ħal Għaxaq matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

07/01/2026

 

ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej:

 

 

PQ Numru

 

 

Lokalità

Kotba ġodda mixtrija –

Jan sa Diċ 2025

 

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025

Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025

 

33489

 

Ħal-Għaxaq

 

90

 

€ 995.76

 

52

 

Seduta Numru 429

28/01/2026

GAZA - GĦAJNUNA UMANITARJA

33488. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hija prevista l-għajnuna umanitarja ta’ pajjiżna lill-poplu Palestinjan f'Gaza matul is-sena 2026 u x’tip ta’ għajnuna ser tkun?

 

07/01/2026

 

ONOR. IAN BORG: Ninforma lill-Onor. Interpellant li għas-sena 2026, it-total previst tal-għajnuna umanitarja fil-konfront ta’ Gaza huwa dak ta’ 330,000 ewro. Dawn il-fondi huma ddedikati għal dak li hu msejjaħ bħala ‘Gaza Solidarity Fund’ li ġie mwaqqaf is-sena l-oħra, fejn l-għan aħħari tiegħu hu li nsaħħu l-għajnuna umanitarja tagħna u nindirizzaw l-iktar bżonnijiet kruċjali tal-poplu Palestinjan f’ Gaza, kemm f’ għajnuna finanzjarja kif ukoll permezz ta’ kontribuzzjonijiet iktar tanġibbli.

 

Għal din is-sena, l-Ministeru ser ikun qed jaħdem biex jindirizza l-bżonnijiet relatati mal-ilma, s-sanità u l-iġjene. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara konsultazzjoni ma’ esperti li għandhom aċċess dirett fuq livell lokali. Sadanittant qed isir proċess ta’ analiżi fuq il-prodotti li ser jintbagħtu ġewwa Gaza. L-għan hu li b’dawn il-prodotti nilħqu l-iktar membri vulnerabbli tal-popolazzjoni, partikularment in-nisa u t-tfal. Din l-inizzjattiva hi ppjanata li ssir b’ kollaborazzjoni ma’ kumpaniji Maltin, fejn aktar tard, l-objettiv tagħna huwa li tinħareġ sejħa pubblika għall-kumpaniji Maltin biex jipparteċipaw f’ dan il-proġett.

 

Tajjeb li nfakkar ukoll li f’ Novembru tas-sena l-oħra, Malta kkommettiet li tagħti għajnuna permezz ta’ taħriġ lill-uffiċċjali pubbliċi Palestinjani u ħaddiema fil-qasam tas-saħħa. Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-Istitut tas-Servizz Pubbliku kif ukoll mal-Ministeru tas-Saħħa dwar kif dan se jkun implimentat.

 

Barra minn hekk, Malta ser tkompli wkoll tagħti għajnuna finanzjarja lill-organizzazzjonijiet internazzjonali li qegħdin jissapportjaw lil Gaza.

 

Seduta Numru 429

28/01/2026

IL-FGURA - LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA ĠODDA

33487. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Fgura matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

07/01/2026

 

ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej:

 

 

PQ Numru

 

 

Lokalità

Kotba ġodda mixtrija –

Jan sa Diċ 2025

 

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025

Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025

 

33487

 

Il-Fgura

 

298

 

€1,560.95

 

493

 

Seduta Numru 429

28/01/2026

RAĦAL ĠDID - LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA ĠODDA

33486. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Raħal Ġdid matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

07/01/2026

 

ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej:

 

 

PQ Numru

 

 

Lokalità

Kotba ġodda mixtrija –

Jan sa Diċ 2025

 

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025

Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025

 

33486

 

Raħal Ġdid

 

266

 

€1,976.34

 

264

 

Seduta Numru 429

28/01/2026

L-UKRAJNA - GĦAJNUNA UMANITARJA

33485. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hija prevista l-għajnuna umanitarja ta’ pajjiżna lill-Ukrajna matul is-sena 2026 u x’tip ta’ għajnuna ser tkun?

 

07/01/2026

 

ONOR. IAN BORG: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern Malti, inkluż il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, se jkompli jipprovdi b’mod konsistenti kull tip ta’ għajnuna u appoġġ umanitarju lill-Ukrajna u lill-poplu Ukren, li għadu jsofri minn tbatija kbira kawża tal-invażjoni illegali mir-Russja.

 

Bħalissa, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu qed iwettaq xogħol preparatorju għall-2026, proċess li jinkludi konsultazzjoni ma’ sħab oħra, inkluż organizzazzjonijiet internazzjonali u organizzazzjonijiet umanitarji, sabiex jiġu analizzati x’inhuma l-aktar bżonnijiet neċessarji u biex l-għajnuna mogħtija tindirizza bl-aħjar mod possibbli l-ħtiġijiet tal-poplu Ukren.

 

Tajjeb insemmu li s-sena l-oħra, Malta lestiet proġett importanti li wassal għar-rinnovar ta’ klinika tas-saħħa outpatient fil-villaġġ ta’ Mykulychi fir-reġjun ta’ Kyiv, li kien okkupat qabel. Din il-faċilità medika, li sservi lil aktar minn 2,500 persuna, kienet ġarrbet ħsarat serji fil-bidu tal-invażjoni fuq skala sħiħa. Għajnuna oħra ġiet offruta meta Malta pprovdiet fornituri mediċi u tagħmir mediku, li qed jintużaw għal kura ta’ persuni feruti.

 

Nixtieq ukoll insemmi li, apparti dak li semmejt, fl-2025 Malta pprovdiet kważi miljun ewro f’dik li hija proviżjoni ta’ materjal mhux letali. Dan sar permezz ta’ strument umanitarju tal-Unjoni Ewropea. Fl-2026, Malta se tkompli tipprovdi din l-għajnuna, li mistennija tibqa’ fuq dawn il-parametri, għalkemm tista’ tiżdied ftit.

Inkun nista’ nagħti aktar dettalji f’fażi aktar ’il quddiem matul din is-sena, hekk kif il-ħidma u l-qafas ta’ implimentazzjoni jkunu definiti b’mod aktar ċar.

 

Seduta Numru 429

28/01/2026

ĦAL TARXIEN - LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA ĠODDA

33484. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Ħal Tarxien matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

07/01/2026

 

ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej:

PQ Numru

Lokalità

Kotba ġodda mixtrija –

Jan sa Diċ 2025

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025

Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, il-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025

33484

Ħal-Tarxien

103

€ 938.88

231

 

Seduta Numru 428

27/01/2026

IL-GUDJA - LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA ĠODDA

33483. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Gudja matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

07/01/2026

 

ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej:

PQ Numru

Lokalità

Kotba ġodda mixtrija –

Jan sa Diċ 2025

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025

Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, il-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025

33483

Il-Gudja

123

€1,064.34

293

 

Seduta Numru 428

27/01/2026

SANTA LUĊIJA - LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA ĠODDA

33482. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Santa Luċija matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

07/01/2026

 

ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej:

PQ Numru

Lokalità

Kotba ġodda mixtrija –

Jan sa Diċ 2025

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025

Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, il-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025

33482

Santa Luċija

32

€ 468.03

45

 

Seduta Numru 428

27/01/2026

IL-BIRGU - LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA ĠODDA

33481. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Birgu matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

07/01/2026

 

ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej:

PQ Numru

Lokalità

Kotba ġodda mixtrija –

Jan sa Diċ 2025

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025

Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, il-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025

33481

Il-Birgu

193

€ 1,996.59

156

 

Seduta Numru 428

27/01/2026

L-ISLA - LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA ĠODDA

33480. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Isla matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

07/01/2026

 

ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej:

PQ Numru

Lokalità

Kotba ġodda mixtrija –

Jan sa Diċ 2025

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025

Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, il-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025

33480

L-Isla

18

€ 323.39

39

 

Seduta Numru 428

27/01/2026

BORMLA - LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA ĠODDA

33479. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Bormla matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

07/01/2026

 

ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej:

PQ Numru

Lokalità

Kotba ġodda mixtrija –

Jan sa Diċ 2025

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025

Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, il-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025

33479

Bormla

159

€ 1006.88

311

 

Seduta Numru 428

27/01/2026

QATT IKTAR

1. Illum, is-27 ta’ Jannar, hija ġurnata li niftakru. Infakkru lilna nfusna fix-Shoah. Niftakru fid-diversi bnedmin li tilfu ħajjithom maqtula fil-kampijiet varji tal-konċentrament li ħoloq ir-reġim Nażista. Bena postijiet apposta sabiex jelimina l-Lhud u magħhom diversi persuni oħra li sabu ruħhom hemm għal xi raġuni jew oħra. Dik li sejħu bħala ‘s-soluzzjoni finali’ kienet marbuta ma’ kif tista’ toqtol bnedmin bħalek, ħatja biss li twieldu Lhud, bl-iktar mod veloċi u sistematiku. Kif tiġborhom mit-truf tal-Ewropa dominata u teħodhom mingħajr ebda forma ta’ proċess sabiex jew iservu, jew aktar, jinqatlu. Ħolqu metodi mill-iktar kiefra li ebda żmien qabel ma kien ra dan il-mod ta’ kif toqtol u tneħħi kull forma ta’ dinjità lil dawk miġbura fihom.

Paġna kerha

2. Dak li seħħ fuq ordnijiet tar-reġim Nażista jibqa’ fost l-iktar paġni koroh tal-istorja tal-umanità. Qatt qabel ma kien hemm, u dawk li raw quddiemhom, inkella li kienu preżenti jew li qraw dak li kitbu dawn, fil-fatt jibqgħu jiddikjaraw hekk għalina. Huwa minnu li dawn il-kampijiet tal-konċentrament ftit kienu jafu bihom, imma kien hemm żgur dawk li raw diversi Lhud jinġabru u jittieħdu hemm. Tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija kixef dik il-verità u r-realtà li qabel kienu mistura. Wera quddiem, fuq naħa l-forzi Sovjetiċi, u fuq l-oħra dawk Alleati; xeni li trid tmur lura tara d-dokumentarji li nġibu biex tifhem. Tifhem li kien hemm sistema li biha, mingħajr rispett, dawk li jidħlu fil-kampijiet kienu jiġu magħżula. Jaraw jekk humiex tajbin għax-xogħol. Jekk le jiġu maqtula immedjatament jew mibgħuta fil-kmamar tal-gass jew vannijiet, u wara kkremati.

Dawk li ħadmu

3. Dawk li tħallew ħajja batew pwieni gravi oħra. Ħadmu f’kundizzjonijiet mill-iktar iebsa, ġew trattati ħażin. Baqgħu jiftakru u ma setgħux ineħħu mill-memorja tagħhom dak kollu li għaddew minnu. Ħafna baqgħu fil-muta, fis-silenzju, wieqfa għall-ħajja, ma jistgħux jaċċettaw dak li għaddew minnu. Oħrajn wara għamlu l-isforz li jiktbu dak li messew direttament huma u oħrajn li kienu madwarhom. Fid-diffikultajiet umani ta’ persuni li spiċċaw jiġġudikaw lilhom infushom wara fid-debbulizzi li messew magħhom. Dak li wettqu biex baqgħu ħajjin. Dak li raw iseħħ madwarhom minn oħrajn. Fid-diffikultà li wieħed jipprova jifhem kif bnedmin oħra setgħu jinkarnaw il-ħażen innifsu sħiħ u jeżerċitawh fuq oħrajn. Ħdura umana li ’l hekk imsejħa ‘S.S.’ esprimew speċjalment mal-Lhud u ma’ oħrajn. Dak li fil-fatt il-lemin estrem sarraf fil-qalb tal-bnedmin.

Kull sena

4. Biex inkun ċert li ebda sena ma ninsa dan, jien ukoll nipprova nassigura li naqra ktieb mid-diversi li dawn il-bnedmin irrakkontaw. Verament nikteb fi proċess ta’ riflessjoni, imma fl-għarfien ċert li dmiri huwa li nkun vuċi kontra dak li oħrajn jistgħu jidħlu għalih mingħajr ma jafu fejn sejrin. Trid iżżomm ruħek magħhom fis-sofferenzi u d-dmugħ li għaddew minnu u nħoss li l-qari huwa l-aqwa eżerċizzju u l-iktar veru u awtentiku. Din is-sena qrajt il-ktieb Vangelo nei Lager ta’ Don Roberto Angeli (1913-1978). Saċerdot Kattoliku li kien preżenti ma’ diversi jgħin sabiex jipproteġi lil-Lhud u jsostni lil dawk li kienu attivi fil-livelli varji tar-reżistenza. Missieru wkoll, magħruf bħala “In-Nannu”, kien fost il-partiġġjani, diġà ultra attiv. Bniedem ta’ intelliġenza kbira, li ma’ dan il-ktieb ħalla warajh ukoll lezzjonijiet sabiex il-Kattoliċi jifhmu kif għandhom jieħdu sehem attiv u dirett fil-politika.

Roberto Angeli


5. Il-ktieb huwa differenti minn dawk miktuba minn kittieba Lhud. Mhux għax ingħata trattament differenti fil-kampijiet li fihom ġie mibgħut: Fossoli, Mauthausen u Dachau, imma għax hemm aspett ieħor. Kien saċerdot li sab ruħu ma’ saċerdoti oħra fejn il-mira fis-sofferenza kienet dejjem ispirata minn altruwiżmu qawwi u kontinwament erojku. Diversi reliġjużi nġabru u ġew imsawta. Hemm is-suldati tal-S.S. kellhom fil-fatt ħdura superjuri għalihom. Kienu jagħrfu li l-Kattoliċeżmu kien jirreżisti n-Nażiżmu fl-għeruq u x-xniexel tiegħu u kien alternattiva vera għall-kontra. Huwa jiddeskrivi kjarament kif ġie trattat, l-atroċitajiet li sab ruħu fihom. Kif tara oħrajn ukoll miegħu fl-elenku ta’ reliġjużi li mietu u li għaddew mill-istess proċess. Finalment salva u assigura li jikteb dwar dak li esperjenza. Imma fil-fatt f’qalbu kellu dejjem il-boxxla morali li ma abbandunatux anke jekk kien il-bniedem, li bħal oħrajn, tneħħietlu kull dinjità.

Taqrah

6. Meta tmiss il-qiegħ nett tħoss sens kbir ta’ vojt uman. Imma l-awtur, fil-fidi, jmiss realtà oħra. Huwa jikteb għalina wkoll biex fil-mumenti iebsa tagħna nieħdu konfort minnhom. Jispjega li anki fis-sofferenzi l-iktar koroh, xorta t-talb u s-solidarjetà bejn dawk maqbuda sarrfu f’tama, f’saħħa interna qawwija. Insibuh jgħid hekk: “Ma nel loro cuore custodivano una fiamma che nessun tormento esteriore avrebbe potuto estinguere. Avevano la fede in Dio, avevano la speranza di cose immortali, avevano la coscienza di continuare, attraverso il dolore, la loro missione santificatrice, avevano, soprattutto, la certezza nella presenza del Dio Vivente che abitave nei loro miseri corpi, deformati dalla fame e dalle percosse.” (Imma f’qalbhom ippreservaw fjamma li ebda turment estern ma seta’ jitfi. Kellhom il-fidi f’Alla, kellhom it-tama fl-immortalità, kellhom il-kuxjenza li jkomplu, fis-sofferenzi li kienu għaddejjin minnhom, il-missjoni tal-qdusija; kellhom, fuq kollox, iċ-ċertezza li kienu fil-preżenza t’Alla l-Ħaj li kien jgħix fil-miżerja tal-ġisem tagħhom, deformati mill-ġuħ u mid-daqqiet.)

Il-Bniedem

7. L-awtur imexxina bil-pinna sabiħa u diretta tiegħu. Jispjega dak li għadda minnu u li m’għandux jintesa. Ifakkarna li f’dan kollu, in-Nażiżmu ċaħħad lill-bniedem mill-importanza u d-dinjità li ħaqqu, li twieled bihom. Għalina, fuq dan jikteb hekk: “Negato un principio spirituale sussistente, negata l’anima, l’uomo cessa di essere una persona con i suoi diritti ed i suoi doveri, libero ed autocosciente, per venire declassato al ruolo di semplice individuo, il cui valore si esaurisce in una funzione biologica, come tutti gli altri annimali.” (Meta tiċħad il-preżenza spiritwali fil-bniedem, tiċħad ir-ruħ; il-bniedem jieqaf ikun persuna bid-drittijiet u d-dmirijiet tiegħu, fil-libertà u fil-kuxjenza, biex jiġi relegat fil-pożizzjoni ta’ sempliċi individwu, li l-valur tiegħu jispiċċa f’wieħed bioloġiku, bħall-annimali l-oħrajn.)

Mai più questo!

8. F’diversi mumenti, inti u taqrah jaqbiżlek id-dmugħ, u tkunx tista’ żżommu lura. L-atroċitajiet sotto umani, anzi anqas li l-bhejjem jgħaddu minnhom, ifakkru kemm ħidmet il-politiku Nisrani hija determinanti. Kemm hemm bżonn aktar li jifhmu x’valur u x’melħ politiku veru għandu n-Nisrani x’jagħti sabiex jgħin biex l-Istat ma jispiċċax għodda tal-materjaliżmu li jmexxik tagħmel mill-bniedem oġġett: iktar illum quddiem l-isfida tal-abort u l-ewtanasja. F’dan kollu l-awtur jagħlaq bi ħsieb li jixraq li jiġi rappurtat. Huwa jikteb hekk: “Chi giorno per giorno, nelle piccole come nelle grandi cose opera perché l’amore vinca l’odio e l’indifferenza, contribuisce a realizzare il grido che i superstiti lanciarono allora, dopo la liberazione.” (Dak li jum wara jum, fl-affarijiet iż-żgħar kif ukoll f’dawk kbar, iwettaq opri li bihom tirbaħ l-imħabba fuq l-odju u l-indifferenza, ikun qed jikkontribwixxi biex titwettaq l-għajta ta’ dawk li baqgħu ħajjin wara l-liberazzjoni.) Dak hu li nipprova nkun f’ħajti u f’dan insib boxxla morali kontinwa li tmexxini. Dik il-linja ta’ dinjità u ħsieb li fiha nista’ ningħaqad ma’ dawk li jaħdmu u jiddikjaraw: qatt iżjed!

MCAST - LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA ĠODDA

33478. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija tal-MCAST matul is-sena 2025 u kemm kienet l-ispiża relattiva?

 

07/01/2026

 

ONOR. CLIFTON GRIMA: Infurmat li l-MCAST xtrat 296 ktieb u 124 e-book b’nefqa totali ta’ €37,375.64

 

Seduta Numru 427

26/01/2026

ĦAŻ-ŻABBAR - LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA ĠODDA

33477. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Ħaż-Żabbar matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

07/01/2026

 

ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej:

PQ Numru

Lokalità

Kotba ġodda mixtrija –

Jan sa Diċ 2025

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025

Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025

33477

Ħaż-Żabbar

210

€1,193.98

91

 

Seduta Numru 427

26/01/2026

UNIVERSITÀ TA’ MALTA - LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA ĠODDA

33476. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija tal-Università ta’ Malta matul is-sena 2025 u kemm kienet l-ispiża relattiva?

 

07/01/2026

 

ONOR. CLIFTON GRIMA: Infurmat li matul is-sena li għaddiet, il-Librerija tal-Università ta’ Malta xtrat 1,174 ktieb ġdid għal spiża totali ta’ €124,926.17.

 

Seduta Numru 427

26/01/2026

IX-XGĦAJRA - LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA ĠODDA

33475. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tax-Xgħajra matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

07/01/2026

 

ONOR. OWEN BONNICI:

Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej:

PQ Numru

Lokalità

Kotba ġodda mixtrija –

Jan sa Diċ 2025

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025

Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025

33475

Ix-Xgħajra

226

€1,099.72

29

 

Seduta Numru 427

26/01/2026

LIBERIRJI PBBLIIUĊ - KOTBA BIL-LINGWA TALJANA

33474. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda bil-lingwa Taljana għal-libreriji pubbliċi ta’ pajjiżna matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll jekk ingħatawx f’donazzjonijiet xi kotba bl-istess lingwa?

 

07/01/2026

 

ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej:

PQ Numru

Lokalità

Kotba ġodda mixtrija bil-Taljana – Jan sa Diċ 2025

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025

Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025

33474

Libreriji Pubbliċi

51

€ 228.57

18

 

Seduta Numru 427

26/01/2026

 

LIBRERIJI PUBBLIĊI - KOTBA BIL-LINGWA ĠERMANIŻA

33473. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda bil-lingwa Ġermaniża għal-libreriji pubbliċi ta’ pajjiżna matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll jekk ingħatawx f’donazzjonijiet xi kotba bl-istess lingwa?

 

07/01/2026

 

ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li ngħatat donazzjoni waħda.

 

Seduta Numru 427

26/01/2026


26.1.26

KWISTJONI TA' DINJITA

1. Bħalissa l-aġenda tad-dinja hija mimlija b’tip, metodu ta’ politika barranija li m’aħniex imdorrijin biha. Konfrontattiva flok ibbażata fuq id-djalogu. Kienet hemm diġà fil-passat mhux daqstant ’il bgħid fl-istorja umana. Dik li tiddependi fuq is-saħħa militari li stat ikollu u li jeżerċita fuq oħrajn. Flok jirrispetta u jistenna f’dan il-komportament li jkollu lura rispett jgħaddi fuq il-volontà libera tal-oħrajn. Kien hemm min uża dan il-ħsieb, dak li jimmaġina li ħadd ma jista’ għalih proprju l-iktar għax mhux ippreparat. Fuq dan kien hemm min abbuża u daħal f’nazzjonijiet u artijiet li ma kellux. Spiċċa qabad it-triq tat-traġedji, u fl-aħħar, fid-diżunur għalih. Spiċċa b’xejn, ħlief l-għarfien li ġieb fuqu l-kundanna tal-istorja u ta’ dawk il-bnedmin li huma u li kienu statista denji tal-isem. Wara t-Tieni Gwerra Dinjija d-dinja ħadet ċerti lezzjonijiet li, kif qed naraw, issa hemm min qiegħed jittanta jnessihom.

Raġunijiet varji

2. Fir-realtà qed immissu ma’ politiċi li ġiebu diversi raġunijiet li jidhru tajba sabiex jippruvaw jiġġustifikaw l-aġir immorali, illegali u anti-uman tagħhom. Daqqa għax kien hemm bżonn. Daqqa għax tagħhom. Fl-aħħar mill-aħħar kien biss eżerċizzju evidenti ta’ “might is right”. Bnew is-sistema tagħhom fuq prinċipji dittatorjali, fejn ebda konsiderazzjoni ma ttieħdet lejn dak li huwa sewwa. Bnew dak li bih tneħħa kull dritt fundamentali tal-bniedem. Qalbu kollox ta’ taħt fuq u ġiebu lill-bniedem għas-servizz tal-istat totalitarju. Għodda politika li ma tgħodd xejn salv f’dak li riedu jwettqu huma b’impożizzjoni kontra oħrajn. Trendi ’l-bnedmin l-oħra oġġetti li tista’ tneħħi, tarmi, toqtol, u tinjora qisu mhu xejn. Kull ma seħħ però, kważi bil-preċiż mitt sena ilu, hemm min qiegħed jitħajjar, taħt paraventi differenti, jsegwi. Dan huwa żball li jħammar wiċċ kull min huwa parti mill-kultura oċċidentali. Dik li hija favur id-demokrazija u d-dinjità tal-bniedem.

Fis-27 ta’ Jannar

3. Jumejn oħra nittama li nfakkru x-Shoah. Infakkru kif diversi bnedmin bħalna ġew maqtula mingħajr ħniena fil-kampijiet tal-konċentrament. Fil-maġġoranza tagħhom Lhud li nqatlu bl-aktar metodi ħorox u bbażati biss f’kif tneħħi kull dinjità lil persuna umana. Dawk li sabu l-mewt fil-kmamar tal-gass. Inkella li mietu bis-swat, xogħol iebes u kundizzjonijiet mill-iktar diżumani. Fejn it-trattament kien agħar mill-agħar, li anqas bhima ma ħaqqha. Dak huwa, sfortunatament, parti mill-istorja tad-dinja llum. Parti minn dik li fiha għandna nfakkru, u fl-istess ħin, nistħu. Kemm f’dan niftakru li l-appoġġ lejn in-Nażiżmu ġie wkoll mill-poplu. Ġie minn dawk li kienu jiggustaw jew jammiraw id-diskors u l-aġir immorali u illegali ta’ dawk il-mexxejja Nażisti. Dawk li għadhom jeżistu llum u jċapċpu lil dawk li ma jirrispettawx pajjiżi oħra u li lesti li jaċċettaw lil dawk li jwettqu dak li m’għandhomx, l-aqwa li tgħaddi tagħhom. Imissna tgħallimna kemm huwa perikoluż li tippermetti aġir anti-demokratiku bħal dan u għandna dmir li ma nħalluhx jirrepeti ruħu.

Lezzjonijiet

4. Quddiem il-fatt biss li stat kien daħħal sistema sabiex jelimina bnedmin oħra għax għalih ma kienu xejn jew kienu għedewwa tiegħu, dawk li ried jelimina kompletament, għandu jwaqqafna sabiex nirriflettu u nitgħallmu. Kif wieħed jippermetti liġijiet li jmorru kontra l-ħajja jkun qiegħed jiftaħ il-bieb għal dan. Hija kwistjoni ta’ prinċipju li wieħed jieqaf għal dan il-metodu. Tikkumbatti l-ħsieb li bih tista’ taċċetta li tista’, għal xi raġuni utilitarja żbaljata telimina persuni, sija dawk li għad iridu jitwieldu jew dawk li għax ilhom ħajja taqbad din il-linja. Infakkru li mal-Lhud batew ukoll oħrajn. Infakkruhom f’mewġa ta’ arja anti-semita li żviluppat f’dawn il-jiem. Imma għandna dmir infakkru dak li ġara qabel u li għandna naġixxu sabiex dan ma jirrepetix ruħu. Ebda pajjiż, ebda mexxej ma jista’ jimxi lura f’dawk it-toroq. Dmirna proprju hu li nkunu kontra, għax jekk le iġġib lura l-ħsieb li l-forza militari tiġġustifika kollox.

Il-Knisja Kattolika

5. F’dan aktar wieħed għandu jiftakar ukoll kemm inqatlu Kattoliċi. Kemm saċerdoti, patrijiet, sorijiet u reliġjużi sabu ruħhom fil-kampijiet tal-konċentrament. Sabu ruħhom hemm għax in-Nażiżmu kkunsidrahom fost l-ikbar għedewwa tiegħu. Il-prinċipji etiċi Nsara f’dan kienu, għadhom u jibqgħu, dawl sabiex id-dinjità umana tiġi protetta. Jibqgħu dawk li jispiraw bnedmin varji sabiex jirreżistu l-materjaliżmu u ma jaċċettawhx, u dan għax jemmnu l-prinċipju li l-Istat huwa għas-Servizz tal-Bniedem. F’dan il-jum għandna wkoll niftakru kemm inqatlu u sofrew ħruxijiet kbar reliġjużi f’dawk il-mezzi li r-reġim Nażista kien rabba u rawwem. Bhejjem umani li kienu biss kapaċi joqtlu l-innoċenti bla ħniena u billi jgħadduhom minn kemm jistgħu ħruxijiet li l-bniedem jista’ jsib fil-qiegħ nett u l-iktar iswed tiegħu.

Storja u wirt uniku

6. Il-politika nazzjonali hija importanti; daqshekk ieħor dik internazzjonali. F’dan wieħed irid jagħti mertu, kredtu u rispett lill-Knisja Kattolika li f’dan baqgħet difiża tas-sewwa. Dan kif erġajna rajna ftit jiem ilu fl-Istati Uniti tal-Amerika fejn tlett Kardinali, Blase Cupich, Robert McElroy u Joseph Tobin, fuq il-linja tal-Papa Ljun XIV u quddiem dak li hu għaddej fid-dinja ħadu pożizzjoni u ddikjaraw hekk: “We seek a foreign policy that respects and advances the right to human life, religious liberty, and the enhancement of human dignity throughout the world, especially through economic assistance.” (Infittxu li jkollna politika barranija li tirrispetta u ssaħħaħ id-dritt tal-ħajja umana, il-libertà reliġjuża u t-tisħiħ tad-dinjità umana fid-dinja kollha, speċjalment permezz ta’ għajnuna ekonomika.) Pożizzjoni li titlob rispett u osservanza mingħandna lkoll, waqt li niftakru f’dak li konna u dak li aħna llum.

Boxxla morali


7. Id-dokument meqjus, attent u ċar ifakkarna f’dak li diversi isqfijiet u kardinali kitbu u ddikjaraw fil-Ġermanja Nażista. It-titolu huwa ċar ħafna: “Charting a Moral Vision of American Foreign Policy” (Tibni gwida u viżjoni morali tal-politika barranija Amerikana). Pożizzjoni li titlob mingħandna l-għarfien li kull aġir tal-bniedem jixraq li jkun ispirat minn valuri u prinċipji li huma pedamenti tas-sewwa. Fid-dinja tal-lum għandna bżonn kbir li nfakkru li hemm boxxla morali li ma tistax tiġi njorata. Dik li tiggarantixxi l-vera paċi u l-ġustizzja. Dik li tassigura ħajja aqwa fil-bniedem. Dik li tmur kontra l-polarizzazzjoni, il-partiġġjaniżmu u viżjoni ekonomika u soċjali dejqa. Dik li ma tkunx distruttivi, imma li tibni fil-paċi. Proprju f’dawn il-jiem li nfakkru x-Shoah għandna niftakru li l-iżbalji passati faċli li wieħed jirrepetihom meta ma jkollux boxxla morali li tirrispetta d-dinjità umana.


SEMPLIĊEMENT NIPPRETENDU

1. Numru ta’ drabi niddubita kemm il-klassi politika qegħda tifhem lill-poplu. Forsi, kif jiġri, min imexxi tant qed jiġi assedjat min...