29.1.25

RAĦAL ĠDID - LIBRERIJA PUBBLIKA – XIRI TA’ KOTBA ĠODDA

24728. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Raħal Ġdid tul is-sena 2024, u jindika l-infiq relattiv u kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

17/01/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat kif ġej:

 

Lokalità

Kotba ġodda mixtrija –

Jan sa Diċ 2024

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2024

Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2024

Raħal Ġdid

244

€1,761.81

389

 

Seduta  304

28/01/2025

L-UKRAJNA - GĦAJNUNA UMANITARJA

24727. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jindika kemm hija prevista u x’tip ser tkun l-għajnuna umanitarja ta’ pajjiżna lill-Ukrajna tul is-sena 2025?

 

17/01/2025

 

ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant, li kif spjegajt fil-mistoqsija parlamentari 22859, il-Gvern Malti, inkluż il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, ilu b’mod konsistenti jipprovdi appoġġ umanitarju lill-Ukrajna sa mill-bidu tal-invażjoni illegali mir-Russja. Din l-invażjoni kkawżat tbatija kbira u bla preċedent lill-poplu Ukren.

L-appoġġ tagħna se jkompli matul l-2025, bil-prijorità tkun li naħdmu b’kollaborazzjoni mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi dawk tan-Nazzjonijiet Maqgħuda, biex jindirizzaw is-sitwazzjoni umanitarja fl-Ukrajna. Nemmen bis-sħiħ li l-aħjar mod kif nipprovdu għajnuna effettiva huwa billi nsaħħu l-kapaċitajiet tal-atturi umanitarji li diġà qegħdin fuq il-post u huma familjari mill-qrib mal-ħtiġijiet urġenti tal-komunitajiet lokali.

Bħalissa, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu qed iħejji l-pjan ta’ nefqa annwali għall-iżvilupp barra minn Malta għall-2025. Dan jeħtieġ konsultazzjonijiet mal-imsieħba Ewropej tagħna, u ma' organizzazzjonijiet umanitarji madwar id-dinja, inklużi organizzazzjonijiet fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda, sabiex ikollna fehma ċara tal-ħtiġijiet li jeżistu u kif jistgħu jiġu indirizzati bl-aħjar mod.

Madanakollu, l-ewwel donazzjonijiet lill-entitajiet umanitarji huma mistennija jibdew fil-ġimgħat li ġejjin. L-Ukrajna u l-poplu tagħha se jibqgħu prijorità assoluta għall-azzjoni umanitarja tal-Gvern Malti sakemm tibqa’ teħtieġ l-għajnuna tagħna.

 

Seduta  304

28/01/2025

ĦAL TARXIEN – LIBRERIJA PUBBLIKA - XIRI TA' KOTBA ĠODDA

24726. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2024, u jindika l-infiq relattiv u kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

17/01/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat kif ġej:

 

Lokalità

Kotba ġodda mixtrija –

Jan sa Diċ 2024

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2024

Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2024

Ħal Tarxien

88

€735.34

183

 

Seduta  304

28/01/2025

IL-GUDJA - LIBRERIJA PUBBLIKA – XIRI TA’ KOTBA ĠODDA

24725. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Gudja tul is-sena 2024, u jindika l-infiq relattiv u kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

17/01/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat kif ġej:

 

Lokalità

Kotba ġodda mixtrija –

Jan sa Diċ 2024

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2024

Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2024

Il-Gudja

83

€806.76

732

 

Seduta  304

28/01/2025

SANTA LUĊIJA - LIBRERIJA PUBBLIKA – XIRI TA’ KOTBA ĠODDA

24724. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Santa Luċija tul is-sena 2024, u jindika l-infiq relattiv u kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

17/01/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat kif ġej:

 

Lokalità

Kotba ġodda mixtrija –

Jan sa Diċ 2024

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2024

Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2024

Santa Lucija

193                                   

€694.11

295

 

Seduta  304

28/01/2025

IL-BIRGU - LIBRERIJA PUBBLIKA – XIRI TA’ KOTBA ĠODDA

24723. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Birgu tul is-sena 2024, u jindika l-infiq relattiv u kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

17/01/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat kif ġej

 

Lokalità

Kotba ġodda mixtrija –

Jan sa Diċ 2024

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2024

Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2024

Birgu

201

€1661.59

215

 

 

Seduta  304

28/01/2025

DISKORS WAQT IT-TIFKIRA TA' JUM IX-SHOAH

Mill-2012 fil-Parlament daħħalna fis-sistema tagħna li fis-27 ta’ Jannar nieqfu biex infakkru x-Shoah, il-jum li fih niftakru fid-diversi ħutna bnedmin, l-iktar Lhud, li nqatlu fil-kampijiet tal-konċentrament. Mument li jikkundanna għall-estremiżmi, u fuq l-oħra għarfien li aħna parti mis-sistema demokratika li fiha l-bniedem għandu drittijiet fundamentali u libertajiet, fejn kull persuna, ġej minn fejn ġej, għandu d-dinjità tiegħu. Nikkommemoraw f’Ewropa li qisha trid tinsa dak li hija. Tinsa l-għeruq tagħha, dawk li sawruha, dawk Insara. Ewropa li aħna rriduha tikber aktar u tissoda ferm aktar fil-valuri tagħha ħalli tibqa’ dawl ta’ ċiviltà fid-dinja. Wieħed importanti fih innifsu, aktar u aktar illum li huwa t-tmenin anniversarju minn dak il-mument ta’ liberazzjoni, imma wkoll l-iktar ta’ għarfien ta’ dak kollu li kien seħħ fil-qtil ta’ bnedmin innoċenti. Dan għax nemmen li għandna numru ta’ dmirijiet f’dan illum.

L-ewwel dmir hu li rridu ngħidu x’gara. Dan huwa veru, kif kull min qara l-istorja jaf. Kull min qara kitbet bnedmin bħala Hannah Arendt, jaf li huwa veru li n-Nażiżmu kien fassal pjan biex jeqred dawk il-bnedmin kollha li kienu Lhud. Pjan biex joqtol bl-iktar mod ikrah, malajr u sistematiku persuni huma ta’ liema età huma. Trabi, tfal, żgħażagħ, nisa, rġiel, anzjani ttieħdu fil-kampijiet tal-konċentrament u nqatlu mingħajr raġuni ta’ xejn, salv li kienu tar-razza tagħhom. Ivvintaw l-iktar mezzi kundannabbli biex qatlu bnedmin bħalhom. Il-poplu għandu jfakkar li huwa veru li kien hemm diversi kampijiet tal-konċentrament: Auschwitz, Bergen-Belsen, Buchenwald, Dachau, u diversi oħrajn. Huwa veru li nqatlu sitt miljun persuna, kif l-istess rekords Nażisti wrew. Huwa veru li ttieħdu fil-kmamar tal-gass tfal, ġuvintur, nisa, irġiel. Huwa veru li nħarqu l-iġsma tagħhom. Huwa veru li nqatlu diversi billi ġew iffuċillati u midfuna f’daqqa. Huwa veru li dawn l-persuni tneħħitilhom kull dinjità, ħadulhom kull oġġett personali, qaxxruhom min kull dinjità tant li lanqas isimhom ma ħallewlhom u tawhom biss numru stampat fuq idhom. Dan kollu huwa veru, seħħ. Għandna dmir għalhekk proprju fil-jum meta tmenin sena ilu s-suldati mis-sittin armata tal-ewwel Front Ukren, parti mill-Armata Russa, illiberaw il-post fejn inqatlu madwar miljun persuna fil-kamp tal-konċentrament ta’ Auschwitz, dak li kien l-ikbar kamp. Niftakru fihom u nfakkru biex ma nagħmlux l-iżball li n-Nażiżmu jridna nagħmlu: dak li nikkunsidraw lill-bnedmin bħala oġġetti. Niftakru għax dawk il-Lhud ħaqqhom niftakru fihom. Ma kienx ħaqqhom hekk. 

Għandna niftakru aktar kemm huwa żbaljat in-Nażiżmu. Kemm huwa ħażin il-lemin estrem u kemm huwa żball min, b’xi mod, jipprova jġibu  lura. Niddikjaraw li dan huwa żbaljat u nfakkru f’kemm huwa kriminali li wieħed jgħid li dan ma seħħx. Għandna d-dmir li nassiguraw li l-lezzjonijiet jittieħdu. Dak li seħħ huwa dak li m’għandu qatt jerġa’ jseħħ. Nifhmu li dan ġara proprju għax kien hemm politiċi li fil-mibegħda li żergħu ġabu bnedmin mhux biss jobogħdu oħrajn inġustament imma jikkunsidrawhom bħala li mhumiex entitajiet, inferjuri. Dawk li biex wettqu dan użaw il-liġi wkoll u daħħlu diversi liġijiet razzjali li bihom eskludew u pprattikaw persekuzzjoni mill-iktar atroċi. Nieħdu tagħlima għax għandna nżommu quddiemna li dan kollu jista’ jerġa’ jseħħ fil-politika tagħna u tad-dinja. Jew direttament, bħalma qed naraw f’dawk li qed fid-demokraziji tagħna, jidhru qed jersqu lura lejn l-estremiżmu tal-lemin. 

Għandna lil dawk li jfaħħru mill-ġdid, direttament u indirettament, din il-linja politika żbaljata li jaqgħu fl-istess fond uman. Niftakru li dan jista’ jseħħ meta nittrattaw oħrajn fis-soċjetà qishom mhuma xejn, jew inkella b’nuqqas ta’ tolleranza ħajja. Inkella meta nilagħbu mill-ġdid mal-ħsieb li l-bniedem jista’ jesperimenta mal-ħajja. Jaħseb li għandu l-poter li fil-libertà jwaqqaf il-ħajja ta’ oħrajn fil-bidu jew fit-tmiem tagħha. Nassiguraw f’dan li wliedna jiġu mħajra jaqraw dak li dawk li baqgħu ħajja kitbu, bħal Primo Levi, Liliana Segre, Viktor Frankl, Hannah Arendt, Tadeuz Borowski u diversi oħra. Inħajru, norganizzaw u nittrażmettu kull sena fl-iskejjel tagħna u fuq il-midja tal-pajjiż dokumentarji li jfiehmu l-ħażen ta’ dak li seħħ u kemm irridu nkunu attenti llum. Il-poplu hu fid-dmir li jassigura li b’dan kollu nibqgħu niftakru fihom. Hu Jum il-Memorja, mhux bħall-oħrajn. Jum li jinqala’ mit-trab passat imma wieħed li għadu ħaj magħna. Hu kif jgħid Hans Kung: “Non si tratta qui del passato isolato e astratto, ma della cura di un complesso del passato. Si tratta di quel passato che non vuole passare, di un passato che condiziona ancora il presente.” Għandna dmir f’dan il-post li nagħtu eżempju għalhekk ukoll li dak li qiegħed isir mertu tal-inizjattivi tal-Ispeaker, jidħol bil-liġi fis-sistema legali tagħna bħalma għamlu oħrajn diġà qabilna. Sabiex ħadd, għada pit għada, ma jitħajjar ineħħih. Anzi biex nassiguraw li kull sena jkun hemm seduta sħiħa dedikata għal dan, u li jinġiebu bnedmin li jew huma jew uliedhom jistgħu jixhdu dwar dak li ġarrbu. Pajjiżna ma rax dan iseħħ f’artna, imma dan ma jfissirx li ma jistax ikun hemm min jitħajjar jammira lil dawk li wettquh. Proprju għalhekk, jekk għadna rridu demokrazija aktar b’saħħitha, irridu nibqgħu nfakkru u nfakkruhom.

28.1.25

ANTIGONE KELLHA RAĠUN

1. Ċerti deċiżjonijiet li jittieħdu mill-istituzzjonijiet tagħna ma tkunx tista’ proprju taqbel magħhom. Ċertament trid issemma leħnek u tgħid l-opinjoni tiegħek. Forsi wkoll twassal aspett ieħor. Hekk ħassejt wara l-aħħar deċiżjoni li kienet marbuta ma’ jekk deputati li huma fis-servizz pubbliku jistgħux jattendu għall-funerali. Hemm f’dan bilanċ intern li jrid jittieħed inkonsiderazzjoni, għax kull deputat jitlaq u għandu jibqa’ għaddej fil-linja li huwa ugwali daqs l-oħrajn. U kif fortunatament għandna fis-sistema legali tagħna, kull persuna, taħdem jew ma taħdimx, kif ukoll taħdem fejn taħdem, għandha d-dritt li tikkontesta għall-elezzjoni ġenerali. Huwa parti mill-vantaġġ u kapaċità tad-demokrazija tagħna li dan jista’ jsir u kien ikun żball li kieku kien il-kontra. Biss, ladarba jsir u jiġi elett, kif għidt, kull deputat huwa ugwali daqs ħaddieħor.

Xejn inqas

2. Ħassejt mill-ġdid id-direzzjoni u t-tagħlim li konna ngħatajna bħala studenti tal-Liġi fil-Filosofija tad-Dritt. Meta ġiet quddiemna Antigone, li fit-traġedja Griega ta’ Sofokle (497-504 QK) tfakkar li l-bnedmin, ’il fuq minn kull liġi umana, għandu jkollhom u jixirqilhom id-dinjità f’mewthom. Tisfida l-forza politika tar-Re Kreon u tidfen lil ħuha Policene, anke jekk mir-Re kien kkunsidrat bħala ‘traditur’ u li għaldaqstant ma kellux jingħata difna xierqa. Is-sejħa tagħha kienet li hemm liġi superjuri għall-bniedem li għandu jobdi u josserva fis-sewwa u li l-ġustizzja hija akbar mill-konsegwenzi li l-poter politiku jista’ jkollu fuq il-bnedmin. Xenarju li l-Irlandiż Seamus Heaney (1939-2013) jiżviluppa aktar fil-kitba The Burial at Thebes (2004).

Ftakart ukoll

3. Ftakart ukoll li s-sistema legali tagħna, fost il-wirt uniku tad-Dritt Ruman, fit-tradizzjoni ċivilista tagħna tipprovdi għal azzjoni legali partikolari. Dik magħrufa bħala jus sepulchri, li fiha l-post fejn persuna tiġi midfuna huwa protett. Dritt ta’ viġilanza u tutela tal-persuna midfuna. Mhux dritt ta’ proprjetà, imma dak ta’ tutela. Il-post fejn hemm midfun ġisem persuna umana huwa sagru f’għajnejn il-liġi. Id-dinjità tal-persuna midfuna hija protetta tant li r-Rumani kellhom l-actio sepulchri violati, li kienet tikkundanna, b’multi għoljin ħafna, lil min kien ikisser jew jiftaħ il-qabar ta’ ħaddieħor.

Iva, hekk hu

4. Minn żmien antik, u dan sew qabel il-Kristjaneżmu, kien hemm dejjem il-kunċett li fil-mewt hemm bżonn ir-rispett. Lejn il-ġisem, imma anki lejn l-ispirtu tiegħu. Dawk ta’ qabilna, Griegi u Rumani, kienu jinsistu li wara l-mewt ta’ persuna kien irid ikun hemm persuna oħra li tibda tagħmel l-offerti għal ruħ il-mejjet/mejta quddiem l-allat u d-divinitajiet tagħhom minflokhom. Kienu jippermettu li anki skjav, li għall-effett tal-liġi kien meqjus bħala oġġett, kien saħansitra jiret biex proprju jkompli jwettaq dan. Il-kultura Mediterranja oċċidentali tagħna hemm qegħda. Dejjem kien hemm kunċetti li jmorru kontra l-ħsieb li l-bniedem, kif imut jispiċċa, u jiġi qisu ma kien xejn. Fortunatament aħna konna, u għadna, parti mill-kurrent b’saħħtu li nagħrfu li għandu jibqa’ jkun hemm ir-rispett u d-dinjità anki wara l-mewt.

Parir

5. Li tmur funeral, bħala bniedem huwa ħafna drabi kkunsidrat bħala dmir u sinjal ta’ rispett. Huma diversi dawk li japprezzaw il-preżenza ta’ min imur jingħaqad magħhom f’mument tant determinanti fil-ħajja tagħhom li, bla dubju ta’ xejn, jimmarkahom. Min ikun solidali magħhom jibqa’ f’qalbhom u apprezzat. Bħalma tgħodd għal kulħadd, tgħodd ukoll għal dawk li aħna nivvutaw biex jirrappreżentawna fil-Parlament. M’għandhomx, anzi aħna d-deputati, m’għandna xejn inqas mill-bnedmin l-oħra. Għall-kuntrarju, ħafna drabi għandna piż morali ikbar li nkunu hemm għal dawk li nafu, jew nagħrfu, li tul ħajjithom irrispettawna, appoġġjawna u kif ukoll ivvutawlna. Niftakarni f’dan naqra kliem is-Sindku ta’ New York Rudy Giuliani (1944) li bħala politiku, fil-ktieb tiegħu Leadership (2005), lilna l-politiċi kien għaddielna dan il-parir: “Funerals are mandatory, weddings are optional.” Regola, li ngħidu x’ngħidu, tgħodd għall-bniedem fil-livell ta’ ħidmet Antigone. Għax hemm liġijiet superjuri li l-bnedmin iħossu li huwa sewwa u xieraq li josservaw, iżda iktar minn hekk, li jridu li jiġu osservati.

Allura

7. Għaldaqstant f’dan naħseb li wieħed għandu fuqhiex jirrifletti b’mod aktar kalm u jħares lejn l-affarijiet b’lenti oħra. Għax kif nistgħu, fis-soċjetà tagħna, bl-istorja u ċ-ċiviltà tagħna, f’dan kollu nidderieġu deputat tal-poplu li ma jmurx għal funeral? Dan imur kontra dak, li kif ħasset Antigone, inħossu ġewwa fina bħala li huwa sewwa. Kif nistgħu, mingħajr m’aħna nindunaw, jew irridu, inċekknuh u ngħidu li m’għandux jattendi? Kull deputat huwa daqs kull persuna oħra, u għaldaqstant irid jingħata l-ħin biex minn fuq ix-xogħol imur u jagħmel dak li jħoss li huwa dmiru. Nafdawh fil-fiduċja li diġà ngħata li jkun qed jagħmel dan b’attenzjoni. Jekk ma nagħmlux hekk, wisq nibża’ li dan isarraf f’pass li jkun kontra l-kultura tagħna u li nħoss li huwa diskriminatorju għall-aħħar. Huwa proprju f’dan li hemm il-lok li naġixxu biex nibdlu. Jekk ma hemm xejn miktub fil-liġi għandna naċċettaw dak li hemm imnaqqax fil-qalb naturali tal-bniedem. Nibdlu r-regoli, il-Kodiċi tal-Etika, il-liġijiet, sabiex dak li qabel dejjem ġie ġustament osservat ikompli jiġi hekk, u nassiguraw dinjità fil-libertà u l-ugwaljanza li kull deputat elett mill-poplu għandu jkollu.

Għax Antigone kellha, u għad għandha, raġun.

 

L-ISLA - LIBRERIJA PUBBLIKA – XIRI TA’ KOTBA ĠODDA

24722. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Isla tul is-sena 2024, u jindika l-infiq relattiv u kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

17/01/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat kif ġej:

 

Lokalità

Kotba ġodda mixtrija –

Jan sa Diċ 2024

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2024

Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2024

L-Isla

30

€154.49

126

 

Seduta  303

27/01/2025

BORMLA - LIBRERIJA PUBBLIKA – XIRI TA’ KOTBA ĠODDA

24721. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Bormla tul is-sena 2024, u jindika l-infiq relattiv u kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

17/01/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat kif ġej:

 

Lokalità

Kotba ġodda mixtrija –

Jan sa Diċ 2024

Infiq fuq kotba fi¿iċi ġodda – Jan sa Diċ 2024

Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2024

Bormla

98

€723.88

385

 

Seduta  303

27/01/2025

MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU – INIZJATTIVI DWAR IS-SIRJA

24720. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk ittiħdux xi inizjattivi ta’ kwalunkwe natura da parti tal-Ministeru biex tiġi megħjuna s-Sirja wara li ħadet lura l-libertà tagħha? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li ssir żjara jew laqgħa uffiċjali fil-futur qarib f’dak il-pajjiż?

 

17/01/2025

 

ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Malta, s'issa għadha qed tanalizza l-iżviluppi kurrenti fis-Sirja sabiex tiddetermina liema atturi u mekkaniżmi jkunu l-aktar utli fejn jistgħu jiġu pprovduti assistenza umanitarja lil dawk li għandhom bżonnha l-aktar. Fuq it-tieni parti tal-mistoqsija nixtieq ninformah li s’issa għad m’hemm l-ebda ħsieb biex issir żjara uffiċjali. Madankollu, Malta diġà pparteċipat u se tkompli tipparteċipa f’diskussjonijiet li saru fil-livell tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sirja waqt il-Kunsill tal-Affarijiet Barranin kif ukoll waqt il-Kunsill Ewropew.

 

Seduta  303

27/01/2025

L-MCAST – LIBRERIJA - XIRI TA’ KOTBA ĠODDA

24719. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija tal-MCAST tul is-sena 2024 u kemm kienet l-ispiża relattiva?

 

17/01/2025

 

ONOR. CLIFTON GRIMA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

 

Seduta 303

27/05/2025

 

ĦAŻ-ŻABBAR - LIBRERIJA PUBBLIKA – XIRI TA’ KOTBA ĠODDA

24718. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Ħaż-Żabbar tul is-sena 2024, u jindika l-infiq relattiv u kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

17/01/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat kif ġej

 

Lokalità

Kotba ġodda mixtrija –

Jan sa Diċ 2024

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2024

Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2024

Ħaż-Żabbar

233

€932.20

583

 

Seduta  303

27/01/2025

L-UNIVERSITÀ TA’ MALTA – LIBRERIJA – KOTBA ĠODDA

24717. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija tal-Università ta’ Malta tul is-sena 2024 u kemm kienet l-ispiża relattiva?

 

17/01/2025

 

ONOR. CLIFTON GRIMA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

  

Seduta 303

27/05/2025

NIFTAKRU FIX-SHOAH

1. Kif turina l-istorja, kienu diversi dawk il-bnedmin li għażlu li jibnu l-karriera politika tagħhom fuq il-mibgħeda. Isaħħnu kontra oħrajn. Jimlewhom sabiex jagħrfuhom mhux iktar bħala bnedmin, imma bħala għedewwa, oġġetti. Adolf Hitler u Josef Stalin kienu fost dawk l-iktar prominenti f’dan. Mexxew oħrajn f’toroq żbaljati. Ħaduhom lejn gwerer li fihom inqatlu ħafna nies. Eliminaw b’feroċja liema bħalha lil dawk li kienu ddikjaraw bħala ‘ħżiena’. Inqatlu miluni ta’ Lhud fil-kampijiet ta’ konċentrament. Inqatlu diversi oħrajn fil-Gulag. Strumenti ta’ repressjoni politika. Dik li hija tal-lemin u tax-xellug estrem, u li għadha ddur mas-saqajn u ppratikata llum anki minn dawk li jiddikjaraw ruħhom bħala ‘suppost’ Demokratiċi.

Nibqa’ kontra


2. Il-politika tal-estrem ma tirbħilhiex bl-estrem imma bl-użu tar-raġuni. Min fid-demokrazija ma fehemx dan għandu bżonn jirrealizza li bl-istess nuqqas ta’ għarfien isir l-istess bħal dak li huwa stess qiegħed jikkundanna. Huwa minnu li parti mid-debbulizza apparenti tad-demokrazija hija dik li fiha jitwieldu dawk li jabbużaw. Hija, f’ħafna sens, parti mill-prezz tal-libertà li d-demokrazija ġġib. Hija wkoll l-eżami li jsirilha biex turi kemm hija soda fl-għeruq tagħha. Hija wkoll l-isfida sabiex l-eċċezzjoni tissoda r-regola. Politiċi demokratiċi jagħrfu aktar proprju f’dan li għandhom dmir jikkumbattu l-estremiżmi bl-użu tal-loġika u bil-fatti. Jekk għall-argumenti tal-estremi m’għandekx difiża, dik hija pożizzjoni li trid attenzjoni. Imma ċertament mhux dik li fiha tingħalaq billi tneħħi l-libertajiet u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem.

Ma hemmx dubju


3. M’għandix dubju li wieħed jista’ jidher apparentement dgħajjef jekk ma jkunx “aħrax”, imma dan ma jdumx fit-tul. Diversi mexxejja sabu ruħhom f’din il-pożizzjoni u għażlu li jkunu moderati u ma kkonfrontawx. Kienet il-linja politika demokratika ta’ Eddie Fenech Adami, li għadda minn ħafna hu u familtu. Ma marx biex jivvendika ruħu fuq min għamillu l-ħsara. Għażel dak li mexxejja oħra kienu qegħdin iwettqu, bħal ma kien għamel Nelson Mandela. Dak li tiftaħ djalogu u fl-istess ħin tikkonvinċi lil dawk li kienu żbaljati bil-fatti. Pajjiż u nazzjon jingħaqad għax ikollu bażi ta’ valuri umani sodi li mhumiex imwielda fil-mibgħeda, fir-razziżmu u fl-intolleranza. Ikollok dejjem, f’kull soċjetà u f’kull żmien, lil min jabbuża mis-sistema demokratika imma ma tiġix ġustifikat li, biex tibdel, twettaq l-istess nuqqas inti stess.

Laqgħat

4. F’dan nagħrfu li kien hemm bżonn min jafferma ruħu fil-Gvern billi jorganizza laqgħa fil-ħames sena tiegħu. Jekk kien hemm min kellu xi dubju dwar dan jew żiedu jew ħallih fejn kien. M’hemmx dubju dwar min huwa Prim Ministru llum, u wisq anqas li huwa differenti minn ta’ qablu. Il-messaġġ seta’ kien estern, imma jidher aktar intern. Xorta f’dan huwa proċess demokratiku li jafferma ruħu f’punt wieħed, u dan bl-użu tar-raġuni. Dak f’kemm persuna huwa kapaċi jikkonvinċi lil ħaddieħor. Jipperswadi li m’għandux tort, jew aħjar, li għandu raġun. Jiġi min jiġi attakkat mill-ministri tal-Gvern, din hija għażla. Jista’ l-mument ikun diffiċli u skomdu, imma dik trid tkun il-linja fit-tul.

Għada niftakru

5. Dan l-argument fih ċertament aktar piż proprju quddiem il-fatt li għada f’pajjiżna wkoll ningħaqdu biex niftakru fil-miljuni ta’ bnedmin ħutna li mietu fil-kampijiet tal-konċentrament. Niftakru f’dak li għaddewhom minnu. Kif ifakkruna diversi kittieba, fosthom Viktor Frankl (1905-1997), f’dak il-proċess li bih kull persuna titlef id-dinjità tagħha. Kull m’għandha. Qaxxrulhom xaharhom, tawhom numru stampat fuq il-ġilda flok isem, ittrattawhom ħażin, neħħewlhom kull forma ta’ dinjità. Fejn, kif jingħad minn Frankl dwar il-libertà interjuri: “Although the Nazis had taken away virtually every freedom and vestige of humanity from the camp inmates, there was one freedom they could not take away: the freedom to choose how to respond.” (Għalkemm in-Nażisti kienu ħadu prattikament kull libertà jew forma ta’ umanità minn dawk li kienu fil-kampijiet tal-konċentrament, kien hemm libertà waħda li ma setgħux jieħdu: il-libertà li tagħżel kif twieġeb għal dan.)

Dan huwa l-punt

6. Dik qegħda hawn ukoll: il-libertà li tagħżel kif twieġeb għal dak li għaddej. Għax jekk int fil-poter u tħossok tant aggravat li trid tiddefendi lilek innifsek mill-akkużi veri jew apparenti, agħmel użu mis-sistema demokratika li għandna. Agħmel użu mil-linja li fiha tipproteġi u tassigura l-libertà u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem, anke jekk kontra tiegħek. Għax il-bilanċi demokratiċi diġà jinsabu hemm. Għaliex ukoll, huma x’inhuma l-affronti li qed tħoss, b’dan il-mod tassigura li tirbaħ int u miegħek tirbaħ id-demokrazija. F’Jum ix-Shoah nittama li niftakru kemm għandna dmir nipproteġu dak li għandna u f’dan kemm huwa faċli li nitilfu, bħal ma tilfu oħrajn, il-valuri demokratiċi tagħna.

24.1.25

IX-XGĦAJRA - LIBRERIJA PUBBLIKA – XIRI TA’ KOTBA ĠODDA

24716. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tax-Xgħajra tul is-sena 2024, u jindika l-infiq relattiv u kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

17/01/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat kif ġej:

 

Lokalità

Kotba ġodda mixtrija –

Jan sa Diċ 2024

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2024

Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2024

Ix-Xgħajra

98

€ 723.88

385

 

Seduta  302

22/01/2025

LIBRERIJI PUBBLIĊI – XIRI TA’ KOTBA ĠODDA BIL-LINGWA TALJANA

24715. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-libreriji pubbliċi ta’ pajjiżna bil-lingwa Taljana tul is-sena 2024? Jista' jgħid ukoll jekk ingħatawx xi kotba f’donazzjonijiet bl-istess lingwa?

 

17/01/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat kif ġej:

 

Lokalità

Kotba ġodda mixtrija bit-Taljan – Jan sa Diċ 2024

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2024

Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2024

Libreriji Pubbliċi

62

€ 812.88

11

 

Seduta  302

22/01/2025

IL-KUNSILL TAS-SIGURTÀ TAL-ĠNUS MAGĦQUDA – RAPPORT

24714. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jippreżenta r-rapport tal-ħidma ta’ pajjiżna fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda għat-terminu ta’ dawn l-aħħar sentejn?

 

17/01/2025

 

ONOR. IAN BORG:  Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 14468 għar-rapport ta’ ħidma matul l-2023, ninformah li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma ta’ Malta fil-Kunsill tas-Sigurta’ tal-Ġnus Magħquda għas-sena 2024.

 

Seduta  302

22/01/2025

LIBRERIJI PUBBLIĊI – XIRI TA’ KOTBA ĠODDA BIL-LINGWA ĠERMANIŻA

24713. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-libreriji pubbliċi ta’ pajjiżna bil-lingwa Ġermaniża tul is-sena 2024? Jista' jgħid ukoll jekk ingħatawx xi kotba f’donazzjonijiet bl-istess lingwa?

 

17/01/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat kif ġej:

 

Lokalità

Kotba ġodda mixtrija bil-Ġermaniż – Jan sa Diċ 2024

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2024

Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2024

Libreriji Pubbliċi

32

€ 120.00

4

 

Seduta  302

22/01/2025

 

VENEZWELA – POŻIZZJONI UFFIĊJALI TA’ MALTA

24712. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’pożizzjoni uffiċjali ttieħdet minn pajjiżna fir-rigward tas-sitwazzjoni preżenti ġewwa l-Venezwela?

 

17/01/2025

 

ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-poplu tal-Venezwela vvota b’mod paċifiku fl-elezzjoni li saret fit-28 ta’ Lulju 2024 li fiha maġġoranza sinifikattiva vvutat għal bidla demokratika billi appoġjat lil Edmundo Gonzáles Urrutia. Peress li l-awtoritajiet  irrifjutaw li jippubblikaw ir-rekords uffiċjali mill-postijiet ta’ votazzjoni, ir-riżultati mħabbra jibqgħu mhux verifikati u għaldaqstant ma jistgħux jiġu rikonoxxuti bħala rappreżentattivi tar-rieda tan-nies. Malta, bħall-pajjiżi tal-UE, għadha ma tagħrafx il-leġittimità tal-presidenza ta’ Nicolás Maduro, peress li ma ġiex elett b’mod demokratiku.

 

Flimkien mal-pajjiżi tal-UE, Malta appellat lill-awtoritajiet tal-Venezwela biex itemmu d-detenzjonijiet inġusti u arbitrarji kollha u sabiex il-priġunieri politiċi jinħelsu mingħajr kundizzjonijiet. Malta ħeġġet lill-awtoritajiet biex jiżguraw ir-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem inkluż id-dritt għal għaqda paċifika u l-libertà tal-espressjoni.

 

Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni, flimkien mal-istati membri tal-UE, Malta addottat pakkett ta’ sanzjonijiet kontra 15-il individwu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija, l-istat tad-dritt jew id-drittijiet tal-bniedem fil-Venezwela. Dawn l-individwi huma membri tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali tal-Venezwela (CNE), tal-ġudikatura, u tal-forzi tas-sigurtà. Malta ma addottat l-ebda miżura li tista’ tikkawża ħsara lill-poplu Venezweljan jew lill-ekonomija. L-għan huwa li tiġi appoġġata soluzzjoni negozjata u demokratika għall-kriżi. It-treġġigħ lura tas-sanzjonijiet tal-UE ser jiddependi fuq progress tanġibbli fid-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, flimkien ma' passi sinifikanti lejn djalogu ġenwin u tranżizzjoni demokratika. Il-Kunsill Ewropew iddeċieda li jestendi l-miżuri restrittivi għal sena oħra sal-10 ta' Jannar 2026.

 

Seduta  302

22/01/2025

LIBRERIJI PUBBLIĊI – XIRI TA’ KOTBA ĠODDA BIL-LINGWA FRANĊIŻA

24711. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-libreriji pubbliċi ta’ pajjiżna bil-lingwa Franċiża tul is-sena 2024? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ingħatawx xi kotba f’donazzjonijiet bl-istess lingwa?

 

17/01/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat kif ġej:

 

Lokalità

Kotba ġodda mixtrija bil-Franċiż – Jan sa Diċ 2024

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2024

Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2024

Libreriji Pubbliċi

36

€ 461.00

0

 

Seduta  302

22/01/2025

ĦAL TARXIEN - TRIQ SAN ANARD – XOGĦLIJIET

24710. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22872, jista’ l-Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm dewmien fl-eżekuzzjoni tax-xogħol indikat fi Triq San Anard, Ħal Tarxien?

 

17/01/2025

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22872, ninfurmah lix-xogħlijiet fit-triq imsemmija għaddejjin.  Kien hemm biss waqfa żgħir fi żmien il-Milied.

 

Seduta  301

21/01/2025 

RAĦAL ĠDID - ĠNIEN SAN ALWIĠI - XOGĦLIJIET

24360. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu x-xogħlijiet li kellhom isiru f’dak li preċedentement kien Ġnien San Alwiġi, f’Raħal Ġdid?

 

31/12/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li fil-preżent, il-Kunsill qed jevalwa l-offerti li rċieva dwar dan il-proġett, u deċiżjoni finali għandha tittieħed fil-ġimgħat li ġejjin.

 

Seduta  301

21/01/2025

IPOĠEW TA’ ĦAL SAFLIENI - VIŻITATURI

24359. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm viżitaturi fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni possibilment skont is-sess tagħhom matul is-sena 2024 u kemm kien id-dħul u l-infiq?

 

31/12/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat minn Heritage Malta li n-numru ta’ viżitaturi fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni matul is-sena 2024 kien ta’ 26,737. Ninsab infurmat ukoll li d-dħul jammonta għal €160,139.21 filwaqt li l-infiq jammonta għal €146,315.67. L-informazzjoni dwar is-sess tal-viżitaturi ma tinżamx.

 

Seduta  301

21/01/2025

ĦAL GĦAXAQ - RESIDENTI LI QED JIRĊIEVU L-GĦAJNUNA SOĊJALI

24358. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Ħal Għaxaq li rċevew l-għajnuna soċjali matul is-sena 2024 u jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?

 

31/12/2024

 

ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:

Ħal Għaxaq

Benefiċċji Soċjali

Nisa

Irġiel

Total

SA (Għajnuna Soċjali)

28

12

40

SUP (Għajnuna Soċjali Single Unmarried Parent)

29

0

29

 

Ta’ min iżid li n-numru ta’ persuni f Ħal-Għaxaq naqas b’mod sostanzjali. Dan hekk kif fl-2013 kien hemm 80 persuna jirċievu l-Għajnuna Soċjali u 59 persuna jirċievu l-Għajnuna Soċjali Single Unmarried Parent.

Seduta  301

21/01/2025

ĦAL TARXIEN - TEMPJI NEOLITIĊI - VIŻITATURI

24357. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm viżitaturi fit-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien possibbilment skont is-sess tagħhom matul is-sena 2024 u kemm kien id-dħul u l-infiq?

 

31/12/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat minn Heritage Malta li n-numru ta’ viżitaturi fit-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien matul is-sena 2024 kien ta’ 56,111. Ninsab infurmat ukoll li d-dħul jammonta għal €321,834.89 filwaqt li l-infiq jammonta għal € 83,505.81. L-informazzjoni dwar is-sess tal-viżitaturi ma tinżamx.

 

Seduta  301

21/01/2025

SANTA LUĊIJA - RESIDENTI LI QED JIRĊIEVU L-GĦAJNUNA SOĊJALI

24356. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Santa Luċija li rċevew l-għajnuna soċjali matul is-sena 2024 u jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?

 

31/12/2024

 

ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:

Santa Luċija

Benefiċċju Soċjali

Nisa

Irġiel

Total

SA (Għajnuna Soċjali)

28

5

33

SUP (Għajnuna Soċjali Single Unmarried Parent)

29

1

30

 

Ta’ min iżid li n-numru ta’ persuni f Santa Luċija naqas b’mod sostanzjali. Dan hekk kif fl-2013 kien hemm 77 persuna jirċievu l-Għajnuna Soċjali u 50 persuna jirċievu l-Għajnuna Soċjali Single Unmarried Parent.

 

Seduta  301

21/01/2025

KIEN JAGĦTINA PARIR

1. Fil-ħajja kostanti tiegħu, il-bniedem jaġixxi u jirreaġixxi. F’diversi setturi, l-azzjoni u r-reazzjoni jiġu f’daqqa wara xulxin. F...