17.11.23

TWAĦĦIL TA’ LIFTS F’APPARTAMENTI TA’ AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - NEFQA

12933. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11299 dwar l-istallazzjoni ta’ lifts fi blokok ta’ akkomodazzjoni soċjali, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża biex ġew installati l-lifts indikati fl-istess tweġiba? Jista’ jgħid ukoll fejn għad hemm bżonn li jiġu installati lifts oħra?

 

31/10/2023

 

ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-investiment fuq il-lifts installati skont it-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 11299 kienet ta’ €331,891.49c. Bħala applikazzjonijiet pendenti għall-installar ta’ lifts fl-istess lokalitajiet imsemmija hemm 3 f’Ħal-Għaxaq u 3 fiż-Żejtun.

 

Seduta  172

15/11/2023

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...