9.11.23

RAĦAL ĠDID - TRIQ BRITTANJA - XOGĦLIJIET

11563. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qegħdin jsiru fi Triq Brittanja f’Raħal Ġdid u kemm ser idumu għaddejjin?

 

28/09/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq Brittanja u fi Triq Valletta, f’Raħal Ġdid jinkludi bini tat-toroq mill-ġdid ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sotto-bażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. F’dawn it-toroq Infrastructure Malta għamlet servizzi ġodda matul il-medda kollha skont kif proposti mill-entitajiet konċernati, li jinkludi tisħiħ fin-networks tad-distribuzzjoni tal-ilma, tad-dawl u telekomunikazzjoni kif wkoll tisħiħ fis-sistema ta’ kollezzjoni tad-drenaġġ u anke ilma tax-xita. Ix-xogħol f’dawn iż-żewg toroq huwa previst li jkun komplut fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla.

 

Seduta  163

01/11/2023

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...