15.11.23

FORTIZZA TA’ DELIMARA - XOGĦLIJIET

11575. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u jindika ukoll kemm-il darba kienet miftuħa l-Fortizza ta’ Delimara u xi dħul kien hemm?

 

28/09/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar tliet snin saru dawn ix-xogħlijiet fil-Fortizza ta’ Delimara: 

1.             Tindif ta’ aktar minn nofs il-foss li jdawwar il-fortizza u wara tpoġġew blokok tal-konkrit bħala lqugħ u ostakolu sabiex ma jerġax jintrema materjal ieħor;

2.             Installazzjoni ta’ servizzi tad-dawl u l-ilma u sleeves għal servizzi ta’ komunikazzjoni qabel ma ngħata t-tarmak fit-triq għad-dħul tal-fortizza minn l-entità kkonċernata;

3.             Twaqqigħ u tneħħija ta’ diversi strutturi li kienu nbnew wara l-1964  meta l-fortizza ma baqgħetx f’idejn il-militar u b’hekk issa l-fortizza ħadet id-dehra ta’ kif kienet fil-bidu tas-snin 70;

4.             Restawr ta’ żewġ kanuni;

5.             Tindif ġenerali tal-Fortizza u aċċess għall-inħawi tal-madwar.

Intant, infurmat li s-segwenti tabella tindika d-dettalji dwar kemm il-darba kienet miftuha l-fortizza u dħul li sar minn dawn l-attivitajiet.

 

22nd April 2023

Tickets Sold

Revenue

722

€3,246.00

 

 

23rd April 2023

Tickets Sold

Revenue

1490

€6,508.00

 

 

16th October 2022

Tickets Sold

Revenue

366

Nil     *

 

 

7th May 2022

Tickets Sold

Revenue

185

€799.00

 

 

9th April 2022

Tickets Sold

Revenue

238

€1,102.00

 

 

13th March 2022

Tickets Sold

Revenue

212

€939.00

 

 

* 16th October 2022 - Free Admissions due to Open Day Event.

 

Seduta  165

07/11/2023

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...