9.11.23

RAĦAL ĠDID - TRIQ VALLETTA - XOGĦLIJIET

11559. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qegħdin isiru fi Triq Valletta f’Raħal Ġdid u kemm ser idumu għaddejjin?

 

28/09/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet imsemmija fi Triq Valletta f’Raħal Ġdid, jinkludu xogħlijiet ta’ trinek għas-servizzi proposti, segwiti minn bankini ġodda, skavar u bini mill-ġdid tat-triq. Waqt ix-xogħlijiet instab li l-kompożizzjoni tal-materjal ta’ taħt l-art kien ta’ kwalità inferjuri b’dan wassal għal ħsarat fuq servizzi mgħoddija taħt l-art. Infrastructure Malta ħadet ħsieb li tikkordina t-tiswija ta’ dawn is-servizzi mal-entitajiet konċernati.  Ix-xogħolijiet mistennija jkunu lesti għal Marzu tas-sena d-dieħla.

 

Seduta  162

31/10/2023

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...