9.11.23

IL-FGURA - DĦUL EFFETTIV MINN KONTRAVENZJONIJIET TAT-TRAFFIKU

11561. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul effettiv minn kontravenzjonijiet tat-traffiku li saru mill-2020 sal-aħħar ta’ Ġunju 2023 fil-lokalità tal-Fgura?

 

28/09/2023

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Infurmat li d-dħul minn kontravenzjonijiet huwa wieħed fluwidu minħabba n-natura tal-proċessi leġiżlattivi. Dan jinkludi l-fakultà tal-allegat offensur li jissottometti petizzjoni, li jsegwi bis-smigħ tal-każ quddiem it-tribunal lokali. Dan jerġa' jiġi segwit b’żewġ possibiltatjiet ta’ appell, u li huma, 1) is-sottomissjoni ta’ petizzjoni, jew 2) appell quddiem il-qrati tal-ġustizzja. Dan il-proċess jieħu ż-żmien u l-proċess kollu jissupera ħafna drabi sena, u għaldaqstant tali informazzjoni kif mitluba, ma tistax tiġi konkluża.

 

Seduta  163

01/11/2023

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...