17.11.23

KONTRAVVENZJONIJIET GĦAL NUQQAS TA’ UŻU TAL-INDIKATUR

12932. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu kontravvenzjonijiet tul din is-sena għal sewwieqa li ma jużawx l-indikatur kif tgħid il-liġi?

 

31/10/2023

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninsab infurmat illi kien hemm disgħa mija u disa’ u sittin (969) kontravvenzjonijiet li nħarġu kontra sewwieqa ta’ vetturi, talli ma użawx l-indikatur skont il-liġi fil-perjodu ta’ bejn Jannar u l-aħħar ta’ Ottubru 2023.

 

Seduta  172

15/11/2023

No comments:

FIĊ-ĊIRKOSTANZI LI NINSABU

1. Għandi dubji fuq kemm id-dinja mxiet ’il quddiem f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena. B’ “’il quddiem” nifhem il-progress li jitkatta...