11558. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul effettiv minn kontravenzjonijiet tat-traffiku li saru mill-2020 sal-aħħar ta’ Ġunju 2023 fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid?
28/09/2023
ONOR. BYRON
CAMILLERI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dħul minn
kontravenzjonijiet huwa wieħed fluwidu minħabba n-natura tal-proċessi
leġiżlattivi. Dan jinkludi l-fakultà tal-allegatt offensur li jissottometti
petizzjoni, li jsegwi bis-smigħ tal-każ quddiem it-tribunal lokali. Dan jerġa'
jiġi segwit b’żewġ possibiltatjiet ta’ appell, u li huma: 1) is-sottomissjoni
ta’ petizzjoni, jew 2) appell quddiem il-qrati tal-ġustizzja. Dan il-proċess
jieħu ż-żmien u l-proċess kollu jissupera sena, u għaldaqstant
tal-informazzjoni kif mitluba, ma tistax tiġi konkluża.
Seduta 162
31/10/2023
No comments:
Post a Comment