20.4.23

UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT TAL-ISTAT – KUNDIZZJONIJIET TAL-AVUKATI U PROKURATURI LEGALI

7941. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja: Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-avukati u l-prokuraturi legali fl-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat ingħatawx l-istess kondizzjonijiet li qed jirċievu dawk fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u jekk le, għaliex? 

 

11/04/2023

 

ONOR. JONATHAN ATTARD:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ftehim Kollettiv li jkopri l-klassi legali fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali huwa riżultat ta’ negozjati li saru mal-union rikonoxxuta li tirrappreżentahom u hija l-prassi li tali kundizzjonijiet ikopru biss kemm il-gradi kif ukoll l-entità li partikolari rregolata b’tali ftehim.

 

Seduta  112

19/04/2023

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...