26.4.23

IL-KALKARA - BIGHI - XOGĦLIJIET

7948. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-ħsara li ġiet imġarrba kaġun tax-xita ġewwa Bighi, il-Kalkara, u jekk huwiex previst li x-xogħlijiet relattivi jibdew tul din is-sena?

 

11/04/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li l-akbar ħsara li ġarrbet il-penisula ta’ Bighi fil-parti amministrata minn Heritage Malta, wara l-maltemp tad-9/10 ta’ Frar 2023, huwa tiġrif ta’ parti mill-ħajt għoli li jdawwar il-perimetru tal-penisula. Infurmat li bħalissa qed isiru l-istudji meħtieġa, anke ma’ entitajiet oħra kompetenti, sabiex jiġi stabbilit l-aħajr mod ta’ kif jista' jiġi kkonsolidat il-blat biex sussegwentement ikun jista’ jinbena l-ħajt.

 

Intant infurmat ukoll li għadu prematur f’dan l-istadju li tiġi kommessa data meta ser jinbeda dan ix-xogħol.

 

Finalment infurmat li bħalissa qiegħed jitkompla wkoll ix-xogħol ta’ ‘waterproofing’ fil-bjut tal-binjiet u qed jinbeda x-xogħol ta’ restawr f’partijiet tal-kumpless.

 

Seduta  114

25/04/2023

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...