7673. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li l-bankina mkissra u li minħabba fiha waqgħu numru ta’ anzjani f’High Street, Sliema, ħdejn il-Wembley, tiġi rranġata?
24/03/2023
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat
mill-Kunsill Lokali Tas-Sliema li bħalissa għaddejjin xogħlijiet fis-sit
tal-ex-‘Regina Hotel’ u hemm hoarding in-naħa l-oħra tat-triq. B’hekk infurmat
li ammont ta’ trakkijiet illi jidħlu u joħorġu fis-sit imsemmi, minħabba
l-ħwienet illi hemm fil-viċinanza qed ikollhom jitilgħu fuq il-bankina.
Intant infurmat li l-Kunsill Lokali qed iressaq talba lill-Awtorità
tal-Ippjanar, li tniedi d-Development Planning Fund, sabiex fondi li ġew
approvati lill-Kunsill fuq il-proġett fil-parti l-oħra tat-triq, minflok
jintużaw sabiex isiru xogħlijiet urġenti ġewwa l-parti ta’ Triq il-Kbira illi
qed jagħmel referenza għaliha l-Onor. Interpellant.
Seduta 111
18/04/2023
No comments:
Post a Comment